Left arrow Go Back

IS-SOSTENIBBILTÀ TAL-PENSJONIJIET MINGĦAJR MA TOGĦLA L-ETÀ TAL-IRTIRAR

pr0702
Date Icon 18/04/2013

F’laqgħa li saret bejn il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali l-Onorevoli Marie-Louise Coleiro Preca u l-Alleanza ta’ Organizazzjonijiet ta’ Pensjonanti ġiet diskussa s-sostenibbiltà tal-pensjonijiet.

Il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca saħqet kif dan il-Gvern se jkun qed jindirizza s-sistema tal-pensjonijiet b’mod ħolistiku sabiex nassiguraw li l-pensjonanti tagħna jgħixu ħajja ta’ kwalità.

Coleiro Preca qalet li dan il-Gvern se jkun qed jirrijafferma l-pożizzjoni kontra li togħla l-età tal-irtirar.

L-Onorevoli Marie-Louise Coleiro Preca spjegat kif il-politika soċjali torbot ma’ dik ekonomika u għalhekk se jkun qed jitwaqqaf kumitat operazzjonali bejn il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u dak tal-Finanzi biex nibnu strateġija li tindirizza bis-serjetà s-sostenibilità tal-pensjonijiet.

Il-Ministru qalet li dan il-Gvern se jkun qed iħares lejn id-dħul tat-third pillar pensions b’inċentivi fiskali li jistgħu jiffaċilitaw dan mingħajr piż żejjed.

Coleiro Preca uriet tħassib serju għaż-żieda fir-rata tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fost l-anzjani u spjegat kif dan il-Gvern huwa impenjat li jindirizza din ir-realtà.

Filwaqt li irringrazzjat lill-Alleanza ta’ Organizazzjonijiet ta’ Pensjonanti, l-Ministru Coleiro Preca qalet li dan il-Gvern huwa kommess li jikkonsulta mal-istakeholders kollha f’dan il-qasam.

Għalhekk se jkun hemm task force bejn il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u l-Organizazzjonijiet li jirrapreżentaw il-pensjonanti sabiex nagħrfu u nindirizzaw l-prioritajiet f’dan il-qasam.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow