FTUĦ MILL-ĠDID TAĊ-ĊENTRU GĦAS-SAĦĦA TAL-MOSTA
Ix-xogħolijiet estensivi li kienu qed isiru fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta huma lesti. Għalhekk il-Ministeru għas-Saħħa jixtieq javża li:
1. Mit-22 ta’ April 2013, fit-8:00am, dawk in-nies li jkollhom bżonn is-servizz ta’ tabib, għandhom jirrikorru fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.
2. Mit-22 ta’ April 2013,dawk li diġà għandhom appuntament għal xi wieħed mis-servizzi li jidhru hawn taħt, għandhom iżommu l-istess data u ħin tal-appuntament u jattendu fiċ-ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.
Klinika |
Tilqim tat-tfal |
Dijabete |
Konsulent Mediku |
Konsulent tal-Għadam (Ortopedija) |
Ġinekologija u Tqala |
E.C.G. |
Tat-Tfal (Well Baby Clinic) |
Riżultati tad-Demm u E.C.G |
Teħid tad-Demm u testijiet oħra |
Fiżjoterapija |
Podjatrija |
Tal-Għajnejn (Oftalmologija) |
Saħħa Mentali |
Riċetti tal-mediċini |
Speech Language Pathology |
Il-Ministeru għas-Saħħa u d-Dipartiment tal-Kura Primarja tas-Saħħa jirringrazzjaw lill-pubbliku tal-koperazzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en