Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI JŻUR IL-LOKALITA` TA’ SAN PAWL IL- BAĦAR

pr0698
Date Icon 18/04/2013

L-Onor. Roderick Galdes f’ waħda miż-żjarat tiegħu fil-lokalitajiet , nhar it-Tnejn żar il-lokalita` ta’ San Pawl il- Baħar fejn kellu laqgħat ma’ diversi bdiewa u sajjieda u seta` jifhem aktar mill-qrib il-ħidma impenjattiva ta’ dawk il-persuni li huma involuti fil-biedja u sajd.

Is-Sur Galdes kellu miegħu  lis-Sindku tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar , is-Sur Mario Salerno fejn waqt li żaru s-sit arkejoloġiku tax-Xemxija, setgħu jiddiskutu fuq l-aħjar modi ta’ kif din iz-zona tinżamm sewwa. Din iz-zona għandha valur miżjud għall- Agrituriżmu fejn il-wirt arkejoloġiku huwa mdawwar minn wirt naturali u l-flora indiġina tinsab fl- aqwa tagħha.

Wara li s-Sur Galdes iddawwar fiz-zona arkejoloġika  huwa ttieħed fuq il-Moll tal-Fekruna fejn saru xi tiswijiet fix-xitwa wara l-maltemp qawwi li ħakem u ħoloq ħsarat kbar fuq il-moll. Mill-Moll tal- Fekruna , is-Sindku u s-Segretarju Parlamentari marru jiltaqgħu ma’ xi sajjieda fuq il-Moll tal-Veċċa. Is-Sur Galdes sema’  bil-problemi  tas-sajjieda li huma mħassba fuq it-toqba kbira fil-moll u urew ix-xewqa li dan  il-moll jissewwa  qabel  jiġġarraf. Rigward il-ħsara tal-moll, is-Segretarju Parlamentari ngħata filmat meħud minn bugħaddasa tal-ammont tal-ħsara li tinsab fil-moll.  Is-Sur Galdes talab li tkun ikkwantifikata din il-ħsara ħalli tinstab l-aħjar soluzzjoni biex tissewwa.

Is-sur Galdes baqa’ sejjer il-Wied tal-Pwales wara s-Simar.   Hawnhekk huwa ingħata merħba mill- bdiewa  li spjegawlu  l-problema li jiffaċċjaw kull xitwa meta  r-raba’ tagħhom jinfaqa’ bl-ilma tax-xita. Skont huma, l-għargħar huwa l-akbar problema fejn l-ilmijiet ikaxkar l-uċuh tar-raba’ . Il-bdiewa talbu li jkun hemm culvert biex l-ilma jkun jista’ jiskula lejn ix-xatt u b’hekk ikun evitat l-għargħar fl-inħawi. L-Onerevoli Galdes weġibhom billi qalilhom li beħsiebu jqabbad esperti biex jikkwantifikaw il-bżonnijiet ħalli jistab l-aħjar mod biex ikun evitat dan l-għargħar fil-Pwales.

Mill-Wied tal-Pwales, l-Onerevoli Galdes ittieħed f’Wied Riħan ġewwa Burmarrad. Hawnhekk , is-Sur Galdes żar il-proġett tal-wied li kważi wasal fit-tmiem tiegħu, u  li se jgħin biex l-ilmijiet minn Wied il-Għasel isib il-ftuħ adekwat biex jasal sas-Salini.  F’Wied Riħan, għad hemm ħamrija reklamata fil-Wied li qed ikun il-kawża ta’ għargħar f’Burmarrad.  L-akbar problema tibqa’ kif se jkun imnaddaf il-Wied matul ix-xhur tas-sajf u kif it-tħammil isir fuq il-mappa originali tal-Wied Rihan.

Wied Qannotta kien ukoll inkluż fil-programm taż-żjara tal-Onor. Galdes.  Hawn huwa ittieħed jara l-problemi  ta’ wied li twettaq fih xogħol fragmentat.  Tinħass il-ħtiega li dan il-wied ikun mifdi b’ta l-inqas bir-riġel. L-Onerevoli Galdes baqa’ sejjer fil-Wardija , fejn hemmhekk seta’ jara xi wċuh imkabbrin fis-serrer u taħt il-plastik - Cloche Tunnels.  Il- familja tal-bidwi tkellmu u fiehmu lis-Sur Galdes li l-akbar problema hija s-swieq għall-prodotti  tagħhom.  Il-bidwi pproduċa anke irċevuti ta’ ħlasijiet ta’ prodotti  tal-ogħla grad , liema prezzijiet li nġieb fil-pitkalija ma jkoprux l-ispejjez kollha tal-produzzjoni tal-ħxejjex.   

Din kienet waħda miż-żjarat li s-Segretarju Parlamentari beħsiebu jagħmel f’ diversi lokalitajiet sabiex ikun viċin tal-bdiewa u s-sajjieda.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow