Il-MINISTRU LEO BRINCAT ATTENDA F’ISEM IL-GVERN MALTI GĦALL-FUNERAL TAL-EKS PRIM MINISTRU INGLIŻ MARGARET THATCHER
Illum il-Ministru għall-Iżvilupp Sostennibli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat attenda f’isem il-Gvern Malti għall-funeral tal-eks Prim Ministru Ingliż u Barunessa Margaret Thatcher, ċerimonja li ttellgħat fil-Katidral ta’ San Pawl, f’Londra.
Fi tmiem iċ-ċerimonja, il-Ministru Leo Brincat kien mistieden, flimkien ma’ dinjitarji u personalitajiet oħra, għal riċeviment ospitat mis-Segretarju tal-Affarijiet Barranin Ingliż William Hague. Hawnhekk il-Ministru Brincat iltaqa’ mal-Prim Ministru Ingliż David Cameron u mal-Viċi Prim Ministru Ingliż Nick Clegg.
Waqt dan ir-riċeviment il-Ministru Brincat iltaqa’ ukoll mal-President tal-Kummissjoni Ewropea José Manuel Barroso, mal-Prim Ministru Taljan Mario Monti, mal-Prim Ministru tal-Kuwait Sheikh Jaber Mubark Al-Sabah, ma’ għadd ta’ Ministri Ewropej u kif ukoll mal-ex Segretarju tal-Istat Amerikan Henry Kissinger.
Leo Brincat iltaqa’ wkoll mal-Kap tal-Oppożizzjoni u Mexxej tal-Partit Laburista Ingliż Ed Milliband.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en