TELFA GĦALL-KARNIVAL
pr0690
17/04/2013
Is-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali Dr. José Herrera sellem il-memorja ta’ Charles Axisa li tilef ħajtu traġikament fl-aħħar sigħat konsegwenza ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol. Huwa qal li bl-aħbar tat-telfa tas-Sur Axisa, il-Karnival f’pajjiżna tilef kolonna.
Is-Sur Axisa, li serva bħala Segretarju tal-Għaqda tal-Parteċipanti tal-Karnival, fl-aħħar 17-il sena kien ikkummissjonat biex jippreżenta l-karru tar-Re tal-Karnival.
L-Onor. José Herrera wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familja Axisa, li bħalissa għaddejja minn mumenti diffiċli ħafna.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en