Left arrow Mur Lura

INTERVENT TAL-MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN, L-ONOR. GEORGE VELLA – MAWRITANJA SUMMIT 5+5

pr0682
Date Icon 16/04/2013

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella wassal il-messaġġ tal-gvern Malti lill-Ministri tal-Affarijiet Barranin Ewropej u Għarab waqt il-laqgħa tal-5+5 li gvern ġdid jemmen fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi Ewropej u Għarab.

Meta indirizza l-laqgħa li saret f’Nouachott il-Mawritanja, Il-Ministru George Vella qal li fid-dawl tat-tibdil li qed isir fil-Mediterran u l-mewġa ta’ transformazzjoni kif ukoll ta’ riforma fin-nofsinhar tal-Mediterran, il-gvern Malti jemmen li għandha ssir reviżjoni ta’ kif inħarsu lejn dan ir-reġjun.

Il-Ministru Vella sostna li t-tisħiħ tal-Unjoni Għarbija tal-Magreb għandha tieħu vantaġġ mill-appoġġ tad- Djalogu 5+5 fl-isforzi tagħha biex tippromwovi l-istabilita u l-kooperazzjoni fil-Mediterran.

Saħaq fuq l-importanza tad-djalogu politiku u l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u il- Lega ta’ l-Istati Għarab li minnhom l-għaxar membri tal-5+5 jagħmlu parti.   Il-Ministru Vella semma s-suċċess attribwit lejn l-ewwel laqgħa Ministerjali tal-pajjiżi membri tal- Unjoni Ewropea u l-Lega Għarbija li saret Malta 2008, li wasslet biex jinfetaħ kapitlu ġdid fir-relazzjonijiet bejn iz-zewġ reġjuni.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin stqarr li huwa jħares b’mod pożittiv lejn dan il-Forum li jsegwi s-summit li sar f’Ottubru tas-sena l-oħra f’Malta fejn kienet affirmata r-relevanza ta’dan il-Forum lejn id-djalogu fil-Mediterran.  

Dan id-djalogu huwa strument ta’ kooperazzjoni fir-reġjun li jissaħħaħ permezz ta’ sinerġiji mal- programmi u fondi strutturali Ewro Mediterranji, bħal dawk li toffri l-Unjoni ghall- Mediterran kif ukoll il-European Neighbourhood Policy Instrument.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin irrefera għall-uffiċċju li twaqqaf f’Malta bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Lega tal-Istati Għarab bħala xempju ta’ sinerġija ta’ interessi li għandhom x’jaqsmu mal-Ewropa u l-pajjiżi Għarab.

Waqt li wera l-appoġġ tiegħu lejn id-dibattitu settorali tal 5+5 fl-oqsma tad-difiza, intern migrazzjoni u transport, il-Ministru George Vella enfasizza l-importanza tal-edukazzjoni, iz-zgħazagħ u l-impjiegi bħala elementi fundamentali għall-izvilupp tal-prosperita fir-reġjun tal-Mediterran.  

Il-Ministru Vella jħoss li dan l-uffiċċju jikkumplimenta d-djalogu tal-5+5 għax jiffoka fuq setturi kruċjali għar-regjun fejn jistgħu ikunu determinati programmi u proġetti li jassistu l-ħolqien ta’ l-impjieg u l- mobilita taż-żagħzagħ.

Tkellem ukoll dwar id-dibattitu hekk imsejjaħ Youth Guarantee fejn saħaq fuq il-ħtieġa li tinħoloq versjoni simili għaż-żagħżagħ mid-dinja Għarbija.   Saħaq ukoll fuq ir-rwol tas- soċjeta ċivili kif qed tizviluppa  b’riżultat tal-iżviluppi li seħħew matul dawn l-aħħar xhur f’għadd ta’ pajjiżi Għarab.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow