INTERVENT TAL-MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN, L-ONOR. GEORGE VELLA – MAWRITANJA SUMMIT 5+5
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella wassal il-messaġġ tal-gvern Malti lill-Ministri tal-Affarijiet Barranin Ewropej u Għarab waqt il-laqgħa tal-5+5 li gvern ġdid jemmen fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi Ewropej u Għarab.
Meta indirizza l-laqgħa li saret f’Nouachott il-Mawritanja, Il-Ministru George Vella qal li fid-dawl tat-tibdil li qed isir fil-Mediterran u l-mewġa ta’ transformazzjoni kif ukoll ta’ riforma fin-nofsinhar tal-Mediterran, il-gvern Malti jemmen li għandha ssir reviżjoni ta’ kif inħarsu lejn dan ir-reġjun.
Il-Ministru Vella sostna li t-tisħiħ tal-Unjoni Għarbija tal-Magreb għandha tieħu vantaġġ mill-appoġġ tad- Djalogu 5+5 fl-isforzi tagħha biex tippromwovi l-istabilita u l-kooperazzjoni fil-Mediterran.
Saħaq fuq l-importanza tad-djalogu politiku u l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u il- Lega ta’ l-Istati Għarab li minnhom l-għaxar membri tal-5+5 jagħmlu parti. Il-Ministru Vella semma s-suċċess attribwit lejn l-ewwel laqgħa Ministerjali tal-pajjiżi membri tal- Unjoni Ewropea u l-Lega Għarbija li saret Malta 2008, li wasslet biex jinfetaħ kapitlu ġdid fir-relazzjonijiet bejn iz-zewġ reġjuni.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin stqarr li huwa jħares b’mod pożittiv lejn dan il-Forum li jsegwi s-summit li sar f’Ottubru tas-sena l-oħra f’Malta fejn kienet affirmata r-relevanza ta’dan il-Forum lejn id-djalogu fil-Mediterran.
Dan id-djalogu huwa strument ta’ kooperazzjoni fir-reġjun li jissaħħaħ permezz ta’ sinerġiji mal- programmi u fondi strutturali Ewro Mediterranji, bħal dawk li toffri l-Unjoni ghall- Mediterran kif ukoll il-European Neighbourhood Policy Instrument.
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin irrefera għall-uffiċċju li twaqqaf f’Malta bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Lega tal-Istati Għarab bħala xempju ta’ sinerġija ta’ interessi li għandhom x’jaqsmu mal-Ewropa u l-pajjiżi Għarab.
Waqt li wera l-appoġġ tiegħu lejn id-dibattitu settorali tal 5+5 fl-oqsma tad-difiza, intern migrazzjoni u transport, il-Ministru George Vella enfasizza l-importanza tal-edukazzjoni, iz-zgħazagħ u l-impjiegi bħala elementi fundamentali għall-izvilupp tal-prosperita fir-reġjun tal-Mediterran.
Il-Ministru Vella jħoss li dan l-uffiċċju jikkumplimenta d-djalogu tal-5+5 għax jiffoka fuq setturi kruċjali għar-regjun fejn jistgħu ikunu determinati programmi u proġetti li jassistu l-ħolqien ta’ l-impjieg u l- mobilita taż-żagħzagħ.
Tkellem ukoll dwar id-dibattitu hekk imsejjaħ Youth Guarantee fejn saħaq fuq il-ħtieġa li tinħoloq versjoni simili għaż-żagħżagħ mid-dinja Għarbija. Saħaq ukoll fuq ir-rwol tas- soċjeta ċivili kif qed tizviluppa b’riżultat tal-iżviluppi li seħħew matul dawn l-aħħar xhur f’għadd ta’ pajjiżi Għarab.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en