Left arrow Mur Lura

IMNEDIJA T-12-IL EDIZZJONI TAL-FESTIVAL INTERNAZZJONALI TAL-LOGĦOB TAN-NAR

pr0674
Date Icon 16/04/2013

F’konferenza tal-aħbarijiet fil-Berġa tal-Italja fil-Belt, il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella nieda t-12-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-Loghob tan-Nar. Il-festival li huwa organizzat mill-Ministeru għat-Turiżmu flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu huwa meqjus bħala avveniment importanti u uniku fil-gżejjer Maltin fejn kull sena jipparteċipaw numru kbir ta’ kumpaniji pirotekniċi inkluż dawk barranin.

Il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella semma’ kif  l-iskop tal-festival din is-sena intlaħaq sew hekk kif se jara l-parteċipazzjoni ta’ 5 kumpaniji barranin li ġejjin minn Spanja, l-Italja, il-Ġermanja u mill-Portugall. Dan minbarra l-parteċipazzjoni ta’ żewġ kmamar tan-nar lokali, dik tal-Karmnu taż-Żurrieq u l-kamra tan-nar tal-Ġilju tal-Imqabba.

Il-Ministru Vella fisser kif dan il-festival jingħaqad mal-kullana ta’ attivitajiet oħra li jsiru b’mod regolari u li jkomplu jkabbru l-isem ta’ Malta. Spjega kif dan iservi wkoll ta’ esperjenza għat-turisti li jkunu għall-btala f’Malta.

Filwaqt li fakkar kif is-sena li għaddiet Malta ospitat symposium internazzjonali dwar il-logħob tan-nar, il-Ministru Karmenu Vella qal li l-Ministeru se jkompli jaħdem biex Malta sservi ta’ ċentru għal dawn it-tip ta’ konferenzi li minnhom infushom jippromwovu t-turiżmu Malti.

Huwa awgura lill-parteċipanti kollha li se jieħdu sehem kif ukoll lill-pubbliku inġenerali għal spettaklu mill-isbaħ.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu Josef  Formosa Gauci tkellem fuq il-ħidma tal-MTA fejn jidħol reklamar tal-prodott Malti. Semma’ wkoll kif għat-tieni darba dan il-festival mhux se jinżamm biss fil-Port il-Kbir kif tradizzjonalment kien isir fil-passat iżda kienu nklużi wkoll żewġ postijiet oħra li huma l-port ta’ Marsaxlokk u l-bajja t’Għajn Tuffieħa.  Fi kliem il-Kap Eżekuttiv tal-MTA, dan qed isir biex din l-attività tkun tista titgawda minn firxa akbar ta’ nies u turisti.

Waqt l-istess konferenza tal-aħbarijiet Trevor Vella f’isem il-kumitat eżekuttiv spjega kif il-ġurija se tkun komposta minn ħames barranin li lkoll huma intiżi fix-xogħol tal-piroteknika. Il-pubbliku se jkollu wkoll iċ-ċans li jesprimi l-preferenza tiegħu permezz tal-SMS, u li għalih se jkun hemm premju apposta.

Se tkun qed issir ukoll kompetizzjoni fotografika fejn it-turisti se jingħataw l-opportunità li sal-15 ta’ Mejju jtellgħu fuq il-paġna tal-Facebook li nfetħet apposta l-aħjar ritratti li jkunu ħadu tal-ispettaklu, biċ-ċans li jirbħu btala għal żewġ persuni.

Il-festival internazzjonali tal-logħob tan-nar jiftaħ il-Ġimgħa 26 t’April b’wirja piroteknika f’Marsaxlokk filwaqt li l-Ħadd 28 t’April, in-nar se jinħaraq mill-bajja t’Għajn Tuffieħa.
Il-festival jintemm it-Tlieta 30 t’April bi Gran Final fil-Port il-Kbir.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow