STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ENERĠIJA U L-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA - Il-Bord tad-Diretturi t’Arms LTD jissospendi lis-CEO t’Arms LTD
pr0669
15/04/2013
F’laqgħa li saret illejla, il-Bord tad-Diretturi t’Arms LTD iddeċieda li jissospendi lill-Kap Eżekuttiv Wilfred J Borg.
Dan wara d-diversi nuqqasijiet li seħħew dan l-aħħar f’livell ta’ management ezekuttiv.
L-istess nuqqasijiet illi affetwaw il-kredibbilità tal-kumpanija Arms.
ARMS LTD se tkun għaddejja b’investigazzjoni illi tista’ twassal għal proċeduri dixxiplinarji fil-konfront tal-istess Kap Eżekuttiv.
Għalhekk, f’ittra li ntbagħtet lis-Sur Borg, dan ġie nfurmat li l-bord tad-diretturi iddeċieda li jissospendih.
Sadanittant, pendenti din l-investigazzjoni is-Sur Henry Attard ġie maħtur immedjatament bħala Acting CEO.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en