Left arrow Mur Lura

TIĠI INAWGURATA IS-SEBA’ EDIZZJONI TAN-‘NOTTE GOZITANA’ LEJLET LAPSI

pr0666
Date Icon 15/04/2013

Dalgħodu l-Ministru għal Għawdex l-Onor Dr. Anton Refalo inawgura s-seba’ edizzjoni tal-avveniment annwali ‘Notte Gozitana’ Lejlet Lapsi liema avveniment huwa festa ta’ kultura u identità Għawdxija fost l-oħrajn.

Il-Ministru għal Għawdex tenna li minkejja liż-żmien kien relattivament qasir mill-bidu tal- legiżlatura, il-Ministeru għal Għawdex jinsab konvint li permezz tal-ħidma fejjieda minn kumitat organizzattiv maħtur apposta fi ħdan l-uffiċċju tal-kultura mhux biss ser itella’ edizzjoni oħra ta’ dan l-avveniment iżda l-programm ta’ din is-sena ser joffri esperjenza ġdida għal dawk kollha li ser jipparteċipaw fih.

Il-Ministru għal Għawdex qal ukoll li bħalissa l-Ministeru qed jaħdem sabiex permezz ta’ diversi kumitati sa tmiem din is-sena tkun tfasslet strateġija Kulturali Reġjonali għas-snin li ġejjin. Sa tmiem din is-sena wkoll il-Ministeru għal Għawdex huwa kommess li jinawgura Ċentru għall-identità Kulturali fiċ-Ċittadella li huwa wieħed mill-proġetti kapitali li pajjiżna qed jinvesti fih sabiex ifakkar it-titolu ta’ ‘Kapitali Kulturali Ewropea 2018’.

Rigward l-edizzjoni tan-‘Notte Gozitana’ għal din is-sena l-Ministru elenka l-attrazzjonijiet l-iktar important bħall-Edizzjoni ta’ Ġensna bis-sehem ta’ kantanti oriġinali, orkestra u kor, kunċerti live  mill-grupp ‘Airport Impressions’, kunċert mill-orkestra Nazzjonali taż-żgħażagħ u inizjattivi relatati mal-kunċett Eko-Għawdex. Magħhom tiżdied lista twila ta’ wirjiet tal-arti minn artisti rinomati u oħrajn kontemporanji, żjarat kulturali, kunċerti minn gruppi folkloristiċi u oħrajn. Attrazzjonijiet oħra ser ikunu binjiet storiċi u privati miftuħa għall-pubbliku fosthom dak tal-Ministeru għal Għawdex.

Il-Ministru għal Għawdex stieden lill-Maltin kollha li jixtiequ jqattgħu għeluq il-ġimgħa f’Għawdex b’differenza sabiex ma jitilfux din l-opportunità. Fakkar ukoll fl-arranġamenti speċjali għall- passiġġieri kollha li jaqsmu l-fliegu bejn Malta u Għawdex fil-ġranet ta’ nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju u s-Sibt 11 ta’ Mejju, bejn it-tmienja neqsin kwart ta’ filgħaxija u s-siegħa u nofs ta’ filgħodu.

Fl-aħħar tal-konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għal Għawdex Dr. Anton Refalo irringrazzja lil dawk kollha li wrew interess sabiex jipparteċipaw u jikkontribwixxu għal din l-attività. Appella ukoll  lill-Għawdxin kollha sabiex ma jitilfux l-okkażjoni u jipparteċipaw  f’din l-edizzjoni b’ livell kulturali tant għoli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow