Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-AMMINISTRAZZJONI TAL-GENERAL WORKERS UNION JIDDISKUTU RIFORMI FIS-SETTUR TAL-LIĠI INDUSTRIJALI

pr0665
Date Icon 15/04/2013

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja, l-Onor. Owen Bonnici, laqa’ stedina li għamlitlu l-amministrazzjoni tal-General Workers Union għal taħdidiet kordjali.

Matul il-laqgħa li saret dalgħodu, iż-żewg naħat iddiskutew proposti li l-GWU kienet  ressqet  qabel  l-elezzjoni ġenerali fuq il-qasam tal-liġi industrijali għat-twaqqif ta’ Qorti tax-Xogħol.

Is-Segretarju Parlamentari  Bonnici qal li l-Gvern huwa kommess u mpenjat bis-sħiħ li jwettaq ir-riforma tal-Ġustizzja, inkluż fil-qasam tal-proceduri ġudizzjarji li joħorgu mil-liġijiet tar-relazzjonijiet industrijali u l-impjiegi.

Ir-riforma hija neċessarja għaliex tolqot u timpatta ħafna aspetti fosthom dawk tad-drittijiet tal-ħaddiema.

Dr.Bonnici qal li l-GWU, bħat-tradeunions l-oħra kollha ta’ pajjiżna, għandha esperjenza twila f’dan il-qasam u għalhekk għanda kontribut siewi ħafna x’tagħti.  Sostna li huwa mportanti li biex din ir-riforma sseħħ ikun hemm konsultazzjoni wiesa’.

Dr. Bonnici stieden il-GWU tħejji rapport sabiex jintbagħat lill-Kummissjoni tar-Riforma tal-Ġustizzja għall-konsiderazzjoni tagħha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow