IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-AMMINISTRAZZJONI TAL-GENERAL WORKERS UNION JIDDISKUTU RIFORMI FIS-SETTUR TAL-LIĠI INDUSTRIJALI
Is-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja, l-Onor. Owen Bonnici, laqa’ stedina li għamlitlu l-amministrazzjoni tal-General Workers Union għal taħdidiet kordjali.
Matul il-laqgħa li saret dalgħodu, iż-żewg naħat iddiskutew proposti li l-GWU kienet ressqet qabel l-elezzjoni ġenerali fuq il-qasam tal-liġi industrijali għat-twaqqif ta’ Qorti tax-Xogħol.
Is-Segretarju Parlamentari Bonnici qal li l-Gvern huwa kommess u mpenjat bis-sħiħ li jwettaq ir-riforma tal-Ġustizzja, inkluż fil-qasam tal-proceduri ġudizzjarji li joħorgu mil-liġijiet tar-relazzjonijiet industrijali u l-impjiegi.
Ir-riforma hija neċessarja għaliex tolqot u timpatta ħafna aspetti fosthom dawk tad-drittijiet tal-ħaddiema.
Dr.Bonnici qal li l-GWU, bħat-tradeunions l-oħra kollha ta’ pajjiżna, għandha esperjenza twila f’dan il-qasam u għalhekk għanda kontribut siewi ħafna x’tagħti. Sostna li huwa mportanti li biex din ir-riforma sseħħ ikun hemm konsultazzjoni wiesa’.
Dr. Bonnici stieden il-GWU tħejji rapport sabiex jintbagħat lill-Kummissjoni tar-Riforma tal-Ġustizzja għall-konsiderazzjoni tagħha.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en