SPRINGFEST 2013 - FESTA TA’ KULURI, IKEL U TRADIZZJONIJIET
L-Onor. José Herrera, Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kultura u Gvern Lokali, nieda l-Malta Springfest li ser tkun qed tiġi organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi bejn id-19 u l-20 t’April. Din l-attività qed tiġi organizzata bil-għajnuna ta’ fondi taħt l-iskema Attivitajiet Kulturali.
Is-Segretarju Parlamentari qal li dawn l-inizjattivi huma turija tal-impenn li l-Kunsilli Lokali f’pajjiżna għandhom biex ikattru t-tradizzjonijiet u l-kultura. Huwa qal li attivitajiet bħal dawn huma xhieda ta’ kemm il-kunsilli lokali lesti jaħdmu id f’id mal-għaqdiet tal-lokal biex ikattru l-investiment lokali. Huwa qal li l-Kunsill Lokali qed juri kemm huwa lest jaħdem biex irawwem it-Tradizzjonijiet fil-lokali.
Din l-attività tinkludi programm vast ta’ divertiment, attivitajiet, esebizzjonijiet, ikel malti, mużika u ħafna aktar. Dawk li ser imorru għal dan il-Festival ser ikunu jistgħu iżuru fran tradizzjonali li għadek isibhom biss f’Ħal Qormi.
Il-qofol tal-iSpring Fest ta’ din is-sena huwa it-tentattiv li jinkiser il-Guinness World Record tal-akbar ħobża fid-dinja.
Din hija l-ħames darba li festival ta’ din ix-xorta ser ikun qed isir. Il-festival ser ikun qed jibda l-Ġimgħa 19 t’April fis-7 ta’ filgħaxija.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en