IŻ-ŻJARA TAL-MINISTRU INDJAN F’MALTA TIFTAĦ IL-BIBIEN GĦAL AKTAR KOPERAZZJONI
Il-Gvernijiet ta’ Malta u l-Indja mistennija jkomplu bit-taħdidiet bejniethom fuq livell Ministerjali aktar tard din is-sena meta l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti George Vella mistenni jzur l-Indja.
Dan wara li fil-jiem li għaddew kien hawn f’Malta l-Ministru tal-Istat Indjan għall-Affarijiet Esterni Preneet Kaur li wara ż-żjara kellha kummenti pożittivi ħafna fl-istampa Indjana. F’Malta ż-żewġ gvernijiet iddiskutew oqsma ta’ koperazzjoni ikbar bejn iż-żewg naħat.
Preneet Kaur qalet li f’ Malta u fl-Indja hemm potenzjal biex jespandu rabtiet kummerċjali speċjalment fl-oqsma ta’ l-informazzjoni, komunikazzjoni, teknoloġija, farmaċewtika, finanzi u riċerka u żvilupp. Waqt li kienet f’Malta l-Ministru Indjana, ż-żewġ pajjiżi iffirmaw ftehim li għandu jżid il-koperazzjoni kummerċjali bil-ħelsien mit-taxxa doppja.
B’reazzjoni għal dawn il-kummenti, l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti qal li huwa jinnota b’sodifazzjon il-kummenti pożittivi w inkoraġġanti li għamlet il-Ministru Indjan. Il-Ministru George Vella qal li jidher li ż-żjara tagħha ħalliet l-effett mixtieq tant li f’pajjiżha tkellmet dwar il-potenzjal tal-investiment li jista’ jkun sfruttat minn kumpaniji w individwi fiż-żewġ pajjiżi.
Dan hu eżattament l-iskop li jrid jilħaq il-gvern bil-politika barranija tiegħu.
Mehmuża huma l-kummenti li kellha l-Ministru Indjan wara ż-żjara f’Malta lill-media f’pajjizha
pr0657a.pdf
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en