IL-PRESIDENT U S-SINJURA ABELA JATTENDU GHALL-PONTIFIKAL TA’ SAN PUBLIJU, IL-FURJANA
Il-President u s-Sinjura Abela attendew ghall-Pontifikal ta’ San Publiju, il-festa li hija l-ftuh tal-istagun tal-festi f’pajjizna.
Wara l-Pontifikal il-President Abela u s-Sinjura tieghu zaru l-Kazin tal-Banda Vilhena fejn din is-sena gew inawgurati zewg lapidi kommemorattivi ta’ Presidenti u benefatturi li taw sehemhom tul is-snin f’hidma f’dan il-kazin.
Waqt diskors tal-okkazjoni, il-President George Abela rrimarka kemm hi sabiha li din il-festa ghanda qaddis wiehed, banda wahda u kemm tirrifletti l-ghaqda meta anki ggor kulur wiehed. Fahhar kemm hi festa li tigi ccellebrata b’mod civili u ta ezempju ta’ kif ghandhom jigu ccellebrati l-festi f’pajjizna.
Minn din ir-riflessjoni, il-President Abela silet il-hsieb kemm bhala poplu wiehed ghandna nkunu maghqudha u semma’ b’dispjacir, il-kontroversja li ddahhal fiha bhala President ta’ Malta fil-ftuh tal-Parlament,fil-bidu tal-legislatura l-gdida.
Il-President Abela spjega kif inqabad f’din il-kontraversja intortament bid-diskors li jaghmel il-President ta’ Malta, li ma hu xejn diskors tal-President imma huwa miktub mill-Gvern u l-President huwa fil-kompitu Kostituzzjonali tieghu li jipprezentah u jaqrah fil-Kamra tad-Deputati wara li jkun l-istess Prim Ministru li jghaddilu dan id-diskors biex jaqrah, u dan sar kif dejjem sar fil-passat. Dan id-diskors ikun jinkorpora il-programm legislativ tal-Gvern gdid ghall-legislatura l-gdida.
Il-President George Abela qal li President ta’ pajjiz huwa super partes, ‘il fuq mill-politika, u zid jghid li hu dejjem qaghad attent biex jidher u jkun ‘il fuq mill-politika u li wkoll jevita kontroversji politici.
Din is-sistema li l-President ta’ Malta jaqra diskors politiku, li jkun gie miktub mill-Gvern, hija konvenzjoni Kostituzzjonali li pajjizna wiret minghand l-Inglizi. Il-President Abela kompla jghid li hu ma jixtieqx li l-Presidenti li gejjin warajh jidhlu f’din l-esperjenza skomda u enfasiza li din is-sistema hemm bzonn li tinbidel. Il-poplu dejjem ihares lejn il-President tieghu b’rispett ghax huwa ‘l fuq mill-politika, ma jmissx mal-politika u huwa s-simbolu tal-ghaqda Nazzjonali li tant ghandna bzonn fil-pajjiz. Ghalhekk mhux xieraq li jitqieghed f’posizzjoni li jkollu jaqra diskors politiku.
Il-President George Abela ssuggerixxa zewg proposti: Li l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra fejn jistipulaw ili fil-ftuh tal-Parlament gdid “il-President ta’ Malta jiddikjara lill-Kamra r-ragunijiet li ghalihom tkun giet imsejjha”: ghandu jithalla l-President juri hsibijietu f’okkazzjoni bhal din biex jispjega hu stess, fi kliemu u r-ragunijiet ghala qed jinfetah il-Parlament. Hadd m’ghandu jiktiblu d-diskors, imma ghandu jkun hu li juri x’inhuma l-hsibijiet u l-fehmiet tieghu.
Il-President Abela semma’ it-tieni proposta: Li ghandu jkun il-Kap tal-Gvern, cioè il-Prim Ministru stess li jaqra il-programm tal-hidma politika li l-gvern ikun behsiebu jhaddem fil-legislatura l-gdida.
Il-President George Abela temm jghid “Il-Presidenti jmorru u jigu, imma rridu nkunu responsabbli li l-istituzzjonijiet ma nattakawhomx bla bzonn u ingustament, kif lanqas m’ghandhom jigu attakati attivitajiet li jsiru ghall-beneficenza. Dan ghaliex il-President imur u jigi iehor floku, imma l-foqra, il-morda u n-nies kollha li jigu bzonn lil Malta Community Chest Fund jibqghu maghna u ghalhekk m’ghandniex inhaltu haga m’ohra u ninsew dak kollu li hu tajjeb u li qed jinbena f’pajjizna. Fil-final ahna poplu wiehed u l-fiducja li inatajt f’din il-kariga: esperiment li sar wara 40 sena : minn min ipproponini, minn min issekonda in-nomina tieghi, lil Parlament kollu li b’mod unanimu ivota ghan-nomina tieghi,u l-fiducja shiha li inatajt mill-Poplu Malti u Ghawdxi, u l-gurament Kostituzzjonali li hadt, m’ghandniex inhallu dan l-incident sfortunat itappan l-armonija u r-rispett li dejjem gawdiet il-Presidenza, u jien inwieghed li se nkompli naghmel hilti kollha biex dan ikompli jitwettaq.
Finalment awgura lill-Furjanizi kollha l-festa t-tajba u rringrazzjhom li ta’ kull sena stednuh biex jattendi din l-okkazjoni u propju din hija l-ahhar sena tal-President George Abela bhala President ta’ Malta li qed jattendi ghaliha.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en