Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT U S-SINJURA ABELA JATTENDU GHALL-PONTIFIKAL TA’ SAN PUBLIJU, IL-FURJANA

pr0656
Date Icon 14/04/2013

Il-President u s-Sinjura Abela attendew ghall-Pontifikal ta’ San Publiju, il-festa li hija l-ftuh tal-istagun tal-festi f’pajjizna.

Wara l-Pontifikal il-President Abela u s-Sinjura tieghu zaru l-Kazin tal-Banda Vilhena fejn din is-sena gew inawgurati zewg lapidi kommemorattivi ta’ Presidenti u benefatturi li taw sehemhom tul is-snin f’hidma f’dan il-kazin.

Waqt diskors tal-okkazjoni, il-President George Abela rrimarka kemm hi sabiha li din il-festa ghanda qaddis wiehed, banda wahda u kemm tirrifletti l-ghaqda meta anki ggor kulur wiehed. Fahhar kemm hi festa li tigi ccellebrata b’mod civili u ta ezempju ta’ kif ghandhom jigu ccellebrati l-festi f’pajjizna.

Minn din ir-riflessjoni, il-President Abela silet il-hsieb kemm bhala poplu wiehed ghandna nkunu maghqudha u semma’ b’dispjacir, il-kontroversja li ddahhal fiha bhala President ta’ Malta fil-ftuh tal-Parlament,fil-bidu tal-legislatura l-gdida.

Il-President Abela spjega kif inqabad f’din il-kontraversja intortament bid-diskors li jaghmel il-President ta’ Malta, li ma hu xejn diskors tal-President imma huwa miktub mill-Gvern u l-President huwa fil-kompitu Kostituzzjonali tieghu li jipprezentah u jaqrah fil-Kamra tad-Deputati wara li jkun l-istess Prim Ministru li jghaddilu dan id-diskors biex jaqrah, u dan sar kif dejjem sar fil-passat. Dan id-diskors ikun jinkorpora il-programm legislativ tal-Gvern gdid ghall-legislatura l-gdida.

Il-President George Abela qal li President ta’ pajjiz huwa super partes, ‘il fuq mill-politika, u zid jghid li hu dejjem qaghad attent biex jidher u jkun ‘il fuq mill-politika u li wkoll jevita kontroversji politici.

Din is-sistema li l-President ta’ Malta jaqra diskors politiku, li jkun gie miktub mill-Gvern, hija konvenzjoni Kostituzzjonali li pajjizna wiret minghand l-Inglizi. Il-President Abela kompla jghid li hu ma jixtieqx li l-Presidenti li gejjin warajh jidhlu f’din l-esperjenza skomda u enfasiza li din is-sistema hemm bzonn li tinbidel. Il-poplu dejjem ihares lejn il-President tieghu b’rispett ghax huwa ‘l fuq mill-politika, ma jmissx mal-politika u huwa s-simbolu tal-ghaqda Nazzjonali li tant ghandna bzonn fil-pajjiz. Ghalhekk mhux xieraq li jitqieghed f’posizzjoni li jkollu jaqra diskors politiku.

Il-President George Abela ssuggerixxa zewg proposti: Li l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra fejn jistipulaw ili fil-ftuh tal-Parlament gdid “il-President ta’ Malta jiddikjara lill-Kamra r-ragunijiet li ghalihom tkun giet imsejjha”: ghandu jithalla l-President juri hsibijietu f’okkazzjoni bhal din biex jispjega hu stess, fi kliemu u r-ragunijiet ghala qed jinfetah il-Parlament. Hadd m’ghandu jiktiblu d-diskors, imma ghandu jkun hu li juri x’inhuma l-hsibijiet u l-fehmiet tieghu.

Il-President Abela semma’ it-tieni proposta: Li ghandu jkun il-Kap tal-Gvern, cioè il-Prim Ministru stess li jaqra il-programm tal-hidma politika li l-gvern ikun behsiebu jhaddem fil-legislatura l-gdida.

Il-President George Abela temm jghid “Il-Presidenti jmorru u jigu, imma rridu nkunu responsabbli li l-istituzzjonijiet ma nattakawhomx bla bzonn u ingustament, kif lanqas m’ghandhom jigu attakati attivitajiet li jsiru ghall-beneficenza. Dan ghaliex il-President imur u jigi iehor floku, imma  l-foqra, il-morda u n-nies kollha li jigu bzonn lil Malta Community Chest Fund jibqghu maghna u ghalhekk m’ghandniex inhaltu haga m’ohra u ninsew dak kollu li hu tajjeb u li qed jinbena f’pajjizna. Fil-final ahna poplu wiehed u l-fiducja li inatajt f’din il-kariga: esperiment li sar wara 40 sena : minn min ipproponini, minn min issekonda in-nomina tieghi, lil Parlament kollu li b’mod unanimu ivota ghan-nomina tieghi,u l-fiducja shiha li inatajt mill-Poplu Malti u Ghawdxi, u l-gurament Kostituzzjonali li hadt, m’ghandniex inhallu dan l-incident sfortunat itappan l-armonija u r-rispett li dejjem gawdiet il-Presidenza, u jien inwieghed li se nkompli naghmel hilti kollha biex dan ikompli jitwettaq.

Finalment awgura lill-Furjanizi kollha l-festa t-tajba u rringrazzjhom li ta’ kull sena stednuh biex jattendi din l-okkazjoni u propju din hija l-ahhar sena tal-President George Abela bhala President ta’ Malta li qed jattendi ghaliha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow