STQARRIJA MILL-MINISTRU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETA’ SOĊJALI L-ONOREVOLI MARIE-LOUISE COLEIRO PRECA U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TAL-PERSUNI B’DIŻABILITA’ U ANZJANITÀ’ ATTIVA L-ONOREVOLI MR. FRANCO MERCIECA
PJAN ĦOLISTIKU SABIEX JIĠU ŻVILLUPATI L-ABILTAJIET TAL-PERSUNI B’DIŻABILITA’
Fil-laqgħa ġenerali annwali tal-Għaqda Nazzjonali Ġenituri ta’ Persuni b’Diżabilita’, l-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali l-Onorevoli Marie-Louise Coleiro Preca u s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilita’ u Anzjanita’ Attiva l-Onorevoli Mr. Franco Mercieca tkellmu fuq l-bżonn li jiġu żvillupati l-abiltajiet ta’ kullħadd.
Il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca spjegat kif iċ-ċentri għat-taħriġ tal-adulti b’persuni diżabilita’ għandhom sfidi qawwija sabiex jiżvillupaw l-abiltajiet tal-persuni b’diżabilita’.
Coleiro Preca qalet li dan il-Gvern mhux se jkun qed jiftaħar bil-kapital li se jkun qed jonfoq f’dan il-qasam iżda se jkun qed jieħu sodizfazzjon bir-riżultati tajba li jridu jintlaħqu mal-persuni b’diżabilita’ u l-familji tagħhom, billi jkollna pjan ħolistiku, sostennibli u li jaħseb fit-tul.
Filwaqt li rrikonoxxiet il-dawk li jħaddmu persuni b’diżabilita’ permezz anki ta’ skemi, l-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali qalet li nridu aktar lil min iħaddem sabiex jemmen tassew li għandna persuni b’diżabilita’ li għandhom l-abiltajiet u jixirqilhom opportunitajiet bħal ħaddieħor.
Coleiro Preca qalet li dan il-Gvern se jkun qed jindirizza l-problema tal-aċċessibilita’ biex ma tibqax ixekkel iċ-ċans ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ u edukazzjoni lil żgħażagħ b’diżabilita’.
Marie-Louise Coleiro Preca qalet li l-Gvern huwa kommess li jagħti għażla ta’ servizzi ta’ kwalita’.
Minn naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari għad-drittijiet tal-Persuni b’Diżabilita’ u Anzjanita’ Attiva l-Onorevoli Mr. Franco Mercieca qal li d-drittijiet umani tal-persuni b’diżabilita’ għandhom jiġu salvagwardjati.
Għalhekk dan il-Gvern se jkun qed iserraħ ras il-ġenituri li meta jiġu nieqsa, l-Gvern se jieħu ħsieb ta’ wliedhom f’każ li dawn ma jkunux jistgħu jkollhom ħajja indipendenti. Dan il-Gvern qed jagħti assigurazzjoni li kull persuna b’diżabilita’ tinstabilha residenza biex tibqa’ fil-komunita’ u tgħix ħajja komda u dinjituża, saħaq Mercieca.
L-Onorevoli Franco Mercieca elenka wkoll għall-iżvillup tal-abiltajiet tal-persuni b’diżabilita’. Huwa spjega kif din tgħin aktar lil persuni b’diżabilita’ jidħlu fid-dinja tax-xogħol u eventwalment ikunu jistgħu jgħixu ħajja aktar indipendenti.
Semma wkoll il-pjan fit-tul li dan il-qasam jixraqlu għaliex il-persuni b’diżabilita’ u l-familji tagħhom jistennew servizzi fit-tul u sostennibli.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en