Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENTIBBLI, AMBJENT U TIBDIL FIL-KLIMA, L-ONOR. LEO BRINCAT

pr0652
Date Icon 13/04/2013

“IX-XOGĦOL FUQ IL-FAMILY PARK TA’ MARSASKALA SAR TA’ KAFKAF U B’TIR WIEĦED: LI JILĦAQ JINFETAĦ MILL-EX PRIM MINISTRU ĠIMGĦATEJN QABEL L-ELEZZJONI GENERALI” – IL-MINISTRU LEO BRINCAT

Waqt żjara li għamel dalgħodu fil-Family Park ta’ Marsaskala l-Ministru Leo Brincat wera bil-fatti kif ix-xogħol fuq dan il-park sar ta’ kafkaf u b’tir wieħed, li jilħaq jinfetaħ mill-ex Prim Ministru ġimgħatejn qabel l-Elezzjoni Ġenerali. 

Il-Ministru Leo Brincat qal li fid-dawl ta’ lista li ma tispiċċa qatt ta’ nuqqasijiet l-Management Efficiency Unit, l-MEU se titqabbad tagħmel investigazzjoni fil-fond fuq kif ġie żviluppat it-tħaddim ta’ dan il-park, mill-bidu nett sal-illum. Huwa qal ukoll li fil-jiem li ġejjin il-Ministeru tiegħu se jaħtar uffiċjalment Review Team biex jgħarbel il-proċess kollu li wassal għall-iżvilupp tal-impjant ta’ Sant Antnin, kemm għal dak li huwa immanniġġjar tal-iskart u anke għal power generation. Żied ukoll li ser jiġu analizzati l-istudij li saru, kif ukoll dawk li misshom saru dwar il-kwalità tal-arja, is-saħħa ambjentali u base line studies oħra – kemm qabel ma ġie approva il-proġett, wara li ġie approvat u tul iż-żmien li ilu jitħaddem.  Se jiġi stabilit ukoll  kif u kemm jistgħu jiġu indirizzati minn dawn in-nuqqasijiet.


Ir-Review Team se jkun immexxi mill-Profs. Edwar A. Mallia u għandu bħala membri lil Dr. Louisell Spiteri, esperta fil-ligi ambjentali u lis-Sur Alan Pulis, espert ambjentali.


Meta kien qiegħed jindirizza lill-media l-Ministru Brincat qal kif il-proġett tal-Family Park inbeda mill-WasteServ, fejn ir-responsabilita’ kellha twassal sat-tkomplija tal-proġett.

Żvela li għalkemm l-organizazzjoni INSPIRE kienet offriet li tmexxi il-proġett u anke timpjega nies bi bżonnijiet speċjali, huma qatt ma ingħataw tweġiba għall-business plan li kienu ippreżentaw. U dan minkejja li kienu mistiedna jagħmlu dan mill-Ministru kkonċernat ta’ qabel.

Minflok, skont rapport li l-Ministru Brincat kellu f’idejh, it-tmexxija tal-proġett għadda f’idejn it-Taqsima tal-Parks tal-Gvern  bl-istruzzjonijiet iżda jingħataw lilhom biss bil-fomm.

Minħabba li t-Taqsima tal-Parks tal-Gvern bilkemm hija attrezzata biex tmexxi proġetti oħrajn eżistenti, l-kumpanija WasteServ innifisha kellha tassisti biex tmexxi l-Visitors Centre tal-Family Park u jżżomm preżenza ta’ persuna li tkun tista tikkoordina u jsejjaħ il-kuntratturi responsabbli, jekk tinqala l-ħtieġa.  Kif ukoll toffri servizz ta’ sigura’ fuq il-proġett u tirċievi hi talbiet għal żjarat minn tfal tal-iskejjel.

L-ironija hi qal il-Ministru Brincat, li filwaqt li l-WasteServ stqarret li ma għandha ebda kopja tal-ftehim milħuq mal-Ministru ta’ qabel , dwar il-futur tal-proġett, it-tmexxija tal-Family Park għaddiet lit-Taqsima tal-Parks biss bil-fomm u dan skont dak li iddikjaraw tal-Parks infushom.

Kif ikkonfermat tul il-konferenza tal-aħbarijiet mid-Diriġenti tat-Taqsima tal-Parks, jidħol min jidħol għall-immaniġġjar tal-proġett hemm bżonn mas- €700,000 fis-sena f’dawk li huma operating costs tal-Family Park.  Flus li qatt ma ġew identifikati mill-Gvern ta’ qabel u li t-Taqsima tal-Parks m’għandix, bl-istess mod li m’għandix nies biex timmaniġġja l-Family Park ta’ Marsaskala.

Waqt li kien qiegħed jindirizza lill-mezzi tax-xandir il-Ministru Brincat elenka ukoll nuqqasijiet li hemm fil-Family Park ta’ Marsaskala:


•       Siġar li ilhom ma jissaqqew u li kienu ilhom bin-nixfa
•       Xi zoni ttraskurati u mingħajr immaniġġjar
•       Water Park li għadu fil-fażi ta’ konċepiment, mingħajr ma hemm ċertezza li jista’ jsir u li   
         hemm il-flus għalih.
•       Nuqqas ta’ tabelli / sinjali u information boards aġġornati.
•       Ebda lqugħ serju kontra l-vandaliżmu.
•       Nuqqas ta’ kontroll tal-aċċess fil-park wara l-ħinijiet uffiċjali tal-ftuħ għall-pubbliku.
•       Ebda ħjiel ta’ avviżi legali li jirregolaw l-użu tal-faċilitajiet tal-park
•       Ebda Park Management jew Project Planning serju.
•       Ebda ħjiel dwar kif sejjer jiġi ffinanzjat l-operat tal-proġett.
•       Ebda ħjiel kif ser jiġu indirizzati l-ħtiġijiet amministrattivi tiegħu.
•       Ebda sit elettriku jew portal informattiv dwar il-park
•       Jitqassmu biss flyers għall-visitaturi
•       Nuqqas totali ta’ Integrated Site Management
•       Bandli għat-tfal bi bżonnijiet speċjali mingħajr safety harnesses minħabba serq jew abbuż
•       Ċertu tħawwil ta’ siġar, speċjalment taħt l-iskema Tree 4 U,  sar mingħajr id-distanzi meħtieġa
•       Multipurpose area li tinħtieġ regolamentazzjoni fl-użu tagħha.
•       Użu ta’ bowsers tal-ilma għat-tisqija ta’ ċerti siġar meta suppost hemm reservoirs fl-istess 
         impjant.
•       Ċerti xogħolijiet li sa xahar wara l-Elezzjoni Ġenerali għadhom nofs leħja.


Il-Ministru Leo Brincat qal li malli jitlesta r-rapport tal-Management Efficiency Unit, il-Gvern se jieħu l-passi meħtieġa biex il-proġett jitmexxa b’mod professjonali, filwaqt li kull kirjiet kummerċjali sejrin isiru b’mod trasparenti u kif titlob il-liġi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow