GĦELUQ TA' PARTI MILL-PETTING FARM F'TA' QALI
Is-Segretarjat Parlamentari tal-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali javża li s-Sezzjoni tal-Għasafar fejn jinżammu l-paguni u d-dundjani fil-Petting Farm f’Ta’ Qali ser tiġi magħluqa għall-pubbliku b’effett immedjat għaliex waqt analiżi li saru fuq dawn it-tjur, irriżulta li l-paguni u d-dundjani għandhom is-Salmonella enteritidis.
Dawn l-analiżi saru mid-Dipartiment għar-Regolarizzazzjoni Veterinarja u Saħħa tal-Pjanti biex dan id-dipartiment ikun jista’ jiċċertifika li m’hemm l-ebda periklu jekk dawn it-tjur ikunu f’kuntatt dirett mal-pubbliku.
Din is-sezzjoni terġa’ tinfetaħ għall-pubbliku wara li joħorġu r-riżultati negattivi għas-Salmonella enteritidis minn kampjuni li jittieħdu fuq perjodu wara li jsiru t-trattamenti u diżinfettazzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en