Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U TIBDIL FIL-KLIMA

pr0647
Date Icon 13/04/2013

“Fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart flok suq ħieles sibt sitwazzjoni ta’ free for all” -  L-Onor. Leo Brincat

Waqt laqgħa ma’ uffiċjali għolja tal-GRTU u l-GreenMT il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, l-Onor. Leo Brincat qal li fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart flok suq ħieles sab sitwazzjoni ta’ free for all.

Il-Ministru Brincat qal li ebda assikurazzjoni, bħalma tawh id-diriġenti ewlenin tal-WasteServ - li se nilħqu l-miri tagħna sas-sena 2020 - ma hi se tikkonfortah. Dan għaliex sa ftit tal-jiem ilu biss l-Aġenzija Ewropea tal-Ambjent sabet kif pajjiżna għadu jiġġenera ferm aktar skart, ras għal ras, minn pajjiżi oħrajn u l-prospetti li nilħqu l-miri tagħna qegħdin ferm ‘il bogħod.

Qal li huwa ser jinsisti għal trasparenza sħiħa mill-operaturi kollha fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart u mhuwiex lest li jawtorizza eco tax exemptions minn kumpaniji li ma jkunux ippreżentaw il-kotba tagħhom awditjati fil-ħin u li jkunu rreġistrati mal-MFSA.

Il-Ministru Leo Brincat qal li ser ikun qed jinsisti li f’dan is-settur ikun hawn level playing field  għaliex ilu jirċievi rapporti, kemm mill-Oppożizzjoni kif ukoll illum mill-Gvern, li ħafna drabi l-miżien kien ixaqleb lejn naħa waħda għal raġunijiet li għad irid jidħol fihom fil-fond, kompla l-Ministru.

Huwa qal li l-Ministeru tiegħu se jikkummissjona studji li jidħlu fil-fond dwar l-operat tal-WasteServ, inkluż dwar kif, anke flimkien mal-MRRA, setgħu ġew aġevolati operaturi fil-qasam tal-iskart u dan a żvantaġġ ta’ oħrajn.

Minn naħa l-oħra l-Ministru Leo Brincat għamilha ċara li hemm lok, spazju u rwol għal kull min josserva r-regoli, u li dan jgħodd ukoll għall-organizzazzjonijiet kollha li jgħidu li huma non profit making.

Il-GRTU u l-GreenMT laqgħu b’mod tajjeb il-fatt li dan il-Gvern mill-bidu nett se jkun qiegħed jagħmel review tas-sistema kollha tal-immaniġġjar tal-iskart u anke ta’ kif topera l-WasteServ.
Huma kkonfermaw li s-suq tal-immaniġġjar tal-iskart f’pajjiżna huwa free for all, b’ċerti kumpaniji qed jaħdmu mingħajr il-liċenzja meħtieġa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow