DISKORS MILL-MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, L-ONOR. GODFREY FARRUGIA - GĦELUQ TAL-ATTIVITAJIET BIEX JITFAKKAR IL-JUM DINJI TAS-SAĦĦA
Kull sena l-għaqda Dinjija tas-Saħħa tfakkar l-importanza tal-Jum Dinji tas-Saħħa. Din il-kampanja Nazzjonali din is-sena giet imfakkra bejn is-7 ta’ April u tiġi fi tmiemha propju llum.
Għal din is-sena s-suġġett kien iffukatt fuq il-Pressjoni Għolja. Matul din il-ġimgħa, kellna l-għan li tinħoloq kuxjenza kemm għall-individwu, kif ukoll għas-socejtà, dwar l-importanza tal-prevenzjoni ta’ pressjoni għolja.
Ħafna mill-adulti madwar id-dinja ma jafux li għandhom pressjoni għolja tad-demm minħabba li pressjoni għolja, ħafna drabi ma tikkawża l-ebda sintomi. Bħala riżultat, globalment dan iwassal għal iżjed minn disa’ miljun mewt kull sena. Il-persentaġġ ta’ Maltin li għandhom pressjoni għolja hija ta’ madwar tnejn u għoxrin fil-mija.
Il-Ministeru għas-Saħħa qiegħed jieħu diversi miżuri sabiex jitnaqqsu l-problemi relatati ma’ pressjoni għolja. Fost dawn hemm il-promozzjoni ta’ stil ta’ ħajja tajba mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, servizzi ta’ testijiet għall-pressjoni, servizz ta’ kura primarja u servizz ta’ kura sekondarja f’Mater Dei għal kura aktar avvanzata. Il-mediċini li hemm bżonn għall-pressjoni jingħataw b’xejn bħala parti mill-iskema tal-kartuna safra.
Il-Ministeru għas-Saħħa, flimkien mad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenżjoni tal-Mard u l-Kura Primarja matul din il-gimgħa ħoloq diversi inizzjattivi għall-pubbliku biex jikseb informazzjoni dwar kif tista’ tikkontrolla l-pressjoni għolja fid-demm.
Servizz b’xejn biex wieħed jiċċekkja l-pressjoni tiegħu jingħata matul is-sena kollha fiċ-ċentri tas-saħħa tal-pajjiż.
Nirringrazzja lill-ħaddiema fi ħdan id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard u l-Kura Primarja tal-isforz kbir, sabiex jinkoraġġixxu aktar Maltin u Għawdxin isegwu dieta tajba u stil ta’ ħajja differenti, biex jevitaw il-pressjoni għolja u b’hekk iwasslu għal ħajja fit-tul u ħajja aktar b’saħħitha.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en