Left arrow Go Back

DISKORS MILL-MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, L-ONOR. GODFREY FARRUGIA - GĦELUQ TAL-ATTIVITAJIET BIEX JITFAKKAR IL-JUM DINJI TAS-SAĦĦA

pr0646
Date Icon 13/04/2013

Kull sena l-għaqda Dinjija tas-Saħħa tfakkar l-importanza tal-Jum Dinji tas-Saħħa. Din il-kampanja Nazzjonali din is-sena giet imfakkra bejn is-7 ta’ April u tiġi fi tmiemha propju llum.

Għal din is-sena s-suġġett kien iffukatt fuq il-Pressjoni Għolja.  Matul din il-ġimgħa, kellna l-għan li tinħoloq kuxjenza kemm għall-individwu, kif ukoll għas-socejtà, dwar l-importanza tal-prevenzjoni ta’ pressjoni għolja.

Ħafna mill-adulti madwar id-dinja ma jafux li għandhom pressjoni għolja tad-demm minħabba li pressjoni għolja, ħafna drabi ma tikkawża l-ebda sintomi. Bħala riżultat, globalment dan iwassal għal iżjed minn disa’ miljun mewt kull sena. Il-persentaġġ ta’ Maltin li għandhom pressjoni għolja hija ta’ madwar tnejn u għoxrin fil-mija.

Il-Ministeru għas-Saħħa qiegħed jieħu diversi miżuri sabiex jitnaqqsu l-problemi relatati ma’ pressjoni għolja.  Fost dawn hemm il-promozzjoni ta’ stil ta’ ħajja tajba mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, servizzi ta’ testijiet għall-pressjoni, servizz ta’ kura primarja u servizz ta’ kura sekondarja f’Mater Dei għal kura aktar avvanzata.  Il-mediċini li hemm bżonn għall-pressjoni jingħataw b’xejn bħala parti mill-iskema tal-kartuna safra.

Il-Ministeru għas-Saħħa, flimkien mad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenżjoni tal-Mard u l-Kura Primarja matul din il-gimgħa ħoloq diversi inizzjattivi għall-pubbliku biex jikseb informazzjoni dwar kif tista’ tikkontrolla l-pressjoni għolja fid-demm. 

Servizz b’xejn biex wieħed jiċċekkja l-pressjoni tiegħu jingħata matul is-sena kollha fiċ-ċentri tas-saħħa tal-pajjiż.

Nirringrazzja lill-ħaddiema fi ħdan id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard u l-Kura Primarja tal-isforz kbir, sabiex jinkoraġġixxu aktar Maltin u Għawdxin isegwu dieta tajba u stil ta’ ħajja differenti, biex jevitaw il-pressjoni għolja u b’hekk iwasslu għal ħajja fit-tul u ħajja aktar b’saħħitha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow