Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA

pr0645
Date Icon 12/04/2013

Mitluba r-riżenja tal-Kap tal-Eżekuttiv tal-ARMS


Is-sitwazzjoni f'ARMS Ltd ilha problematika sa mill-bidu tal-ħolqien tagħha ftit tas-snin ilu.

Il-familji u negozji ilhom isofru minn dawn in-nuqqasijiet, li huma responsabbiltà ta' tmexxija ħażina.

Wara li matul is-snin li għaddew kienu ġew żvelati żbalji sistematiċi, filwaqt li s-servizz lin-nies ma kienx ta' livell aċċettabbli, ftit tal-jiem ilu bdew joħorġu saħansitra abbużi li wasslu għal investigazzjoni mill-Pulizija.

Illum, il-Gvern ġie mgħarraf li b'nuqqas serju, l-ARMS Ltd għaddiet informazzjoni ħażina lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u, b' riżultat ta' dan, ħarġu 3,119-il benefiċċju tal-enerġija (minn total ta' 3,897) b'ammonti ferm inqas milli suppost.

Dan huwa biss l-aħħar minn sensiela ta' nuqqasijiet gravi u inaċċettabbli li qed ibatihom direttament il-konsumatur u li għalihom qed iħallas it-taxpayer.

Għalhekk, il-Gvern, permezz tal-Ministru tal-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma, talab għar-riżenja tal-Kap Eżekuttiv ta' ARMS Ltd.

Il-Gvern qed jistenna li l-Kap Eżekuttiv jissottometti r-riżenja b'mod immedjat.

Sadanittant, il-Gvern jassigura lill-familji li se jkunu qed jirċievu l-ammonti li għalihom għandhom dritt fl-iqsar żmien possibbli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow