STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ
Kummissarju tal-Pulizija, Kap tas-Servizz tas-Sigurtà u Kap tal-Protezzjoni Ċivili ġodda
Is-Sur Peter Paul Zammit se jkun qed jinħatar Kummissarju tal-Pulizija.
Is-Sur Zammit, ta’ 52 sena minn Wied il-Għajn, huwa Prokuratur Legali. Kien fil-Korp tal-Pulizija għal 25 sena sal-2009 u serva bħala Spettur u Supretendent.
L-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar se jkun qed jinħatar Kap tas-Servizz tas-Sigurtà.
Is-Sur Cassar, ta’ 56 sena minn Ħaż-Żabbar, daħal fil-Korp tal-Pulizija fl-1979 u serva bħala Spettur, Supretendent u Assistent Kummissarju b’xogħol fis-CID, fl-iskwadri kontra d-Drogi u Reati Ekonomiċi fost l-oħrajn. Huwa lecturer fl-Akkademja tal-Pulizija u l-European Training College.
Is-Sur John Rizzo li serva bħala Kummissarju tal-Pulizija b’għaqal u b’dedikazzjoni għal dawn l-aħħar tnax-il sena se jkun qed iservi bħala Kap tal-Protezzjoni Ċivili.
Is-Sur Rizzo se jkun ukoll Konsulent tal-Gvern fuq Sigurtà Interna.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en