L-ONOR. STEFAN BUONTEMPO, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAR-RIĊERKA, INNOVAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, IŻUR IT-TOURNAMENT TAL-ISPECIAL OLYMPICS
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Stefan Buontempo, illum żar l-iSpecial Olympics fil-Kulleġġ San Benedittu.
Wara li ltaqa’ mal-plejers li kienu qed jieħdu sehem f’dan it-turnament, Buontempo faħħar din l-inizjattiva u saħaq li l-isport irid ikun għal kulħadd. Dr Buontempo qal li l-isport irid ikun mezz biex nibnu soċjetà inklussiva li ma tħalli lil ħadd barra. Pajjiżna jrid jibni fuq il-potenzjal ta’ kulħadd.
Is-Segretarju Parlamentari tenna li jrid riforma fl-isport fejn l-isport irid ikun mutur wara trasformazzjoni soċjali. Dr. Buontempo kompla jgħid li l-faċilitajiet eżistenti fl-iskejjel iridu jinfetħu għall-komunitajiet tagħna. Il-Kunsill Malti għall-Isport, irid jinvesti fl-għaqdiet u fl-isport f’pajjiżna u għalhekk kull sforz li jsir minn dan il-Kunsill irid ikun iffukat fuq l-interess tal-isport u mhux fl-interess politiku.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en