“IS-SUĠĠETT TAL-EDUKAZZJONI FIŻIKA FL-ISKEJJEL GĦANDU JINGĦATA L-ISTESS IMPORTANZA DAQS SUĠĠETTI OĦRA” – IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI STEFAN BUONTEMPO
pr0641
12/04/2013
Is-Suġġett tal-Edukazzjoni Fiżika fl-iskejjel għandu jingħata l-istess importanza daqs suġġetti oħra. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Stefan Buontempo meta llum żar l-iSports Day fil-Kulleġġ San Tumas More.
Matul iż-żjara tkellem mal-istudenti dwar l-importanza tal-isport. Huwa saħaq mal-għalliema li l-isport huwa parti essenzjali mill-ħajja tagħna u għalhekk għandu jingħata l-importanza daqs suġġetti oħra.
Huwa ħeġġeġ lill-istudenti biex ikomplu b’din il-ħeġġa fl-isport filwaqt li faħħar lill-għalliema għal din l-inizjattiva.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en