IKTAR MINN 30 ŻAGĦŻUGĦ FIT-TAQSIMA TAL-YOURS MINGĦAJR PROGRAMM PERSONALIŻŻAT
Wara żjara fil-YOURS fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca tkellmet mal-meżżi tax-xandir dwar is-sitwazzjoni li tinsab fiha din it-Taqsima.
Taqsima li bħalissa qed tilqa’ iktar minn tletin żagħzugħ, li l-eta’ tagħhom tvajra bejn it-tmintax u s-sitta u għoxrin sena, u li m’għandhomx programm personalizzat.
Hija ltaqghet kemm mal-Uffiċjali kif ukoll maż-żgħazagħ u spjegat li ż-żgħazagħ iqattgħu l-ġurnata jaraw it-televiżjoni u jilgħabu l-playstation, b’xi zewg lezzjonijiet edukattivi biss fil-ġimgħa.
Barra minn hekk, ma’ dawn it-tletin żagħzugħ hemm biss psikologa waħda għal ftit siegħat fil-ġimgħa.
Dan mhuwiex il-mod ta’ kif isiru l-affarijiet, qalet l-Onorevoli Coleiro Preca, imma għandu jkun hemm multi-disciplinary team u s-sapport meħtieg, li jindirizza l-ħtiġijiet tagħhom permezz ta’ care plan skont il-bżonnijiet partikolari tal-persuna.
U dan bil-għan li t-Taqsima tkun verament faċilita’ korrettiva u mhux Ħabs kif inhi preżentament.
L-Onorevoli Coleiro Preca qalet li għandna għaliex ninkwetaw izda nqawwu aktar id-deterimanazzjoni li nagħmlu dak li hu possibbli meta tisma’ b’każ ta’ ġuvni ta’ dsatax-il sena li daħal f’din it-Taqsima erba’ darbiet.
Hawnhekk saħqet fuq il-bżonn ta’ continuity of care, jiġifieri jeħtieg li nkomplu naraw x’jiġri minnhom wara li jerġgħu joħorġu fis-soċjeta’.
Żvelat ukoll, minn informazzjoni li ngħatat, li kemm ilha mwaqqfa l-YOURS, il-Gvern preċedenti nesa’ lil dawn iż-żgħażagħ hekk kif żar din it-Taqsima Ministru wieħed biss.
Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca qalet li Gvern Ġdid huwa kommess li jindirizza d-diffikultajiet li hemm fir-rigward tar-rijabilitazzjoni ta’ dawn iż-żgħażagħ.
Qalet li l-Gvern se jkun qed iħares lejn miżuri mmedjati kif ukoll fit-tul, bil-għan li jibda jtejjeb is-sitwazzjoni ta’ dawn iż-żgħażagħ.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en