“HIJA PRIJORITA’ TAL-GVERN LI JINDIRIZZA ID-DEFIĊIT KOLLU LI HEMM FL-IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART FLIMKIEN MAL-ISTAKEHOLDERS EWLENIN.” – IL-MINISTRU LEO BRINCAT
F’laqgħa li l-Ministru Leo Brincat kellu dalgħodu ma’ delegazzjoni iffurmata minn rappreżentanti għolja tal-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija u tal-Koperattiva GreenPak , huwa qal li hija prijorita’ tal-Gvern li jindirizza id-defiċit kollu li hemm fl-immaniġġjar tal-iskart.
Biex dan isir irid ikun hemm qbil flimkien mal-istakeholders ewlenin dwar l-akbar prijoritajiet f’dan il-qasam.
Il-Ministru Leo Brincat qal li jemmen li għandu jkun hemm qbil dwar il-fatt li hemm bżonn ta’ strateġija effettiva dwar kif għandna nnaqqsu l-użu tal-landfills, b’mod partikolari fejn jidħol dak li jissejjaħ biodegradable waste.
Qal li għandu jkun hemm pjan nazzjonali li attwalment inaqqas l-iskart, permezz ta’ waste prevention plan, speċjalment meta ninsabu obbligati ngħamlu dan sa tmiem din is-sena u dan skont il-Waste Framework Directive. Dan bil-għan li l-iskart ġġenerat ras għal ras jkompli jonqos flok jibqa kważi mas-600KG ‘il fuq mill-medja tal-Unjoni Ewropeja.
Il-Ministru Brincat qal li fil-ġimgħat li ġejjin ser jara li l-WEEE Directive tkun qed titħaddem kif suppost, filwaqt li Malta trid tgħamel minn kollox biex tiżgura li tirkupra madwar 60% ta’ dak li huwa skart mill-ippakkiġġjar.
Għan ieħor huwa li jitnaqqas sostanzjalment l-ammont kbir ta’ skart perikoluż li qed jintefa’ f’landfills pubbliċi li huma intiżi għal skart mhux perikoluż.
Huwa qal li jemmen fi rwol akbar għas-settur privat fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart, fl-istesswaqt dan għandu jsir bl-aktar mod trasparenti, li joffri lok għal kontabilita’ sħiħa.
Minn naħa tagħhom ir-rappreżentanti għolja tal-Kamra tal-Kummerc u tal-Koperattiva GreenPak qalu li jilqgħu b’mod tajjeb il-fatt li l-Ministru Leo Brincat lest jisma’ lilhom, l-istess kif għamel qabel.
Huma assiguraw li se jgħatu l-għajnuna kollha lill-Gvern biex Malta tilħaq il-livelli li suppost fl-immaniġġjar tal-iskart.
Qalu li f’Malta għandha rata baxxa ta’ riċiklar u sostnew li fl-operat tal-immaniġġjar tal-iskart għandu jkun hawn level playing field.
Id-delegazzjoni kienet magħmula mid-Direttur Ġenerali tal-CoCEI u l-Manager għall-Iżvilupp tal-Politika , Kevin J. Borg u AndrèFenech u mill-President tal-GreenPak Martin Borg, il-Viċi President Pierre Fava u l-Kap Eżekuttiv l-Inġ. Mario Schembri.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en