INTERESS BIEX TISSAĦĦAĦ IL-KOPERAZZJONI BEJN MALTA U L-ITALJA F’OQSMA BĦALL-ARJA NADIFA, TIBDIL FIL-KLIMA U IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART
pr0636
12/04/2013
Dalgħodu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat kellu laqgħa ta’ kortesija mal-Ambaxxatur Taljan għall-Malta Giovanni Umberto De Vito.
Matul il-laqgħa tkellmu dwar koperazzjoni futura bejn iż-żewg pajjiżi dwar oqsma bħall-arja nadifa, tibdil fil-klima, immaniġġjar tal-iskart u żvilupp sostenibli.
Kemm il-Ministru Brincat u l-Ambaxxatur Taljan De Vito wrew interess illi tissaħħah il-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fid-dawl ta’ opportunitajiet li se jinħolqu fil-ġejjini qrib.
Il-laqgħa saret fil-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, f’Casa Leoni, Santa Venera.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en