Left arrow Go Back

L-ATTIVITA` ECO- GOZO ULTRA TRAIL EVENT

pr0632
Date Icon 12/04/2013

Għal sena oħra giet organizzata l-attivita` li ġġib l-isem ta’ Eco-Gozo Ultra Trail event, liema attivita` ta’ natura sportiva giet organizzata bl-appoġġ tal-Ministeru għal Ghawdex u l-awtorita` Maltija tat-Turizmu. Din l-attivita` annwali  ġibdet numru sabiħ ta’ Parteċipanti Internazzjonali fosthom mill- Italja, Renju Unit, Ċipru u il- Ġermanja.

L-attivita kienet tikkonsisti  fi tlielaq imsejħa ‘Off Road’ madwar il- kosta Għawdxija, għalhekk il- partecipanti  b’mod partikulari dawk Internazzjonali kellhom l-opportunita` li jiskopru is-sbuħija naturali li toffri il- Gzira Għawdxija.

F’ kelmtejn ta’ l-okkażjoni Il- Ministru għal Għawdex stqarr li attivitajiet simili jawguraw tajjeb kemm għas-settur Sportiv kif ukoll għal dak Turistiku Għawdxi u għalhekk il- Ministeru Għal Għawdex matul din il-leġislatura ser ikun kommess li jkompli jgħin attivitajiet simili. It-turiżmu sportiv huwa waħda minn-niċeċ ta’ turiżmu li ser inkunu qed nimpromwovu sabiex ikompli jinħolq ix-xogħol għal Għawdxin f’Għawdex u permess t’hekk inkunu qed nistimulaw l-ekonomija Għawdxija.

L-attivita` intemmet billi il- Ministru ghal Għawdex ippreżenta trofej lir-rebbieħa u parteċipanti ta’ din l-attivita`.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow