INAWGURAZZJONI TA’ ĊENTRU GĦAT-TAGĦLIM TAL-IT ĠDID FIŻ-ŻURRIEQ
Il-Ħamis filgħaxija s-Segretarju Parlamentari responsabli mill-Kunsilli Lokali l-Onor. Jose Herrera attenda għall-inawgurazzjoni ta’ ċentru għat-tagħlim tal-IT ġdid fiż-Żurrieq. Huwa qal li inizjattivi bħal dawn jikkumplimentaw l-manifest eletorali ta' dan il-Gvern biex jagħmel mill-Kunsilli Lokali għodda fuq in-naħa tal-familja u tan-negozji mhux fuq in-naħa tal-burokrazzija. Huwa qal li l-preżenza tiegħu fiż-Żurrieq hija turija ta’ kemm is-Segretarjat imexxi minnu jrid kontinwament jkun qrib il-Kunsilli Lokali.
Min-naħa tiegħu s-Sindku taż-Żurrieq Natius Farrugia qal li sa mill-bidu tal-ħidma tiegħu, is-Segretarju Parlamentari wera kemm huwa dispost jgħin lill-Kunsilli Lokali. Huwa qal li kien ta' unur kbir għall-Kunsilli Lokali taż-Żurrieq li jilqa lis-Segretarju Parlamentari responsabli mill-Kunsilli Lokali biex jinawgura din l-inizjattiva. Huwa qal li din hija l-ewwel darba li infetħet skola għal-lezzjonijiet tal-kompjuter fiż-Żurrieq. Dawn il-lezzjonijiet, li qed isiru permezz ta’ public partnership agreement mat-TCTC, ser ikunu qed jingħataw lill-akbar firxa wiesgħa ta’ nies possibli.
Dan iċ-ċentru tal-IT jinsab f’Dar Mattia Preti fejn għal diversi snin serva bħala uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill Lokali għal-diversi snin. Il-korsijiet huma akkreditati mill-ECDL biex ż-Żrieraq jagħmlu wkoll l-ezamijiet tal-ECDL minn dan iċ-ċentru stess.
Il-ħsieb wara dan iċ-ċentru ġdid tal-IT huwa motivat mill-fatt li f’din il-leġislatura l-Kunsill Lokali ħass li għandu jkun iktar attrezzat fejn jidħlu lezzjonijiet tal-IT biex jipprovdi liċ-ċittadin fil-kommunita b’ aktar korsijiet li jwasslu aktar f’ izvilupp modern tas-soċjeta’ tagħna.
Is-Segretarju Parlamentari qal li llum il-ġurnata huwa importanti li kull ċittadin, kemm jekk huwa tifel, żgħażugħ, ġenitur, adult jew anzajn għandu l-obbligu li jintegra aktar f’ din id-dinja hekk diġitali. “Aktar ma nimxu l-quddiem aktar jinħass il-bzonn li kull ċittadin jitgħallem kif jista juża aktar servizzi eletroniċi li sahansitra jibdlu ħafna l-ħajja ta kull jum”, tenna s-Segretarju Parlamentari responsabli mill-Kunsilli Lokali.
Fi tmiem l-inawgurazzjoni s-Segretarju Parlamentari qassam ċertifikati t’attendenza u rikonoxximent. Huwa ġie prezentat b’tifika zgħira tal-okkażjoni.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en