QED IMMEXXU MILL-QALBA TAL-KULTURA
Dalgħodu s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kultura Dr. José Herrera laqa’ fl-uffiċċju tiegħu fil-Belt Valletta lill-Professur tal-istudji tat-teatru Hans-Thies Lehmann.
Dr. Herrera qal li l-preżenza tiegħu fit-Teatru Manoel hija turija ta’ kemm il-ministeru tiegħu qed jieħu dan il-qasam bis-serjetà. Huwa qal li bil-preżenza tiegħu, anke jekk temporanja, l-Gvern irid jibgħat sinjal li l-politika kulturali f’pajjiżna jeħtieġ li titmexxa id f’id mal-artisti.
Il-Professur Lehmann studja u pprattika l-professjoni tiegħu f’diversi pajjiżi madwar id-dinja. Il-Professur Lehmann kien f’pajjiżna fuq stedina tad-Dipartiment tal-Istudji Teatrali fi ħdan is-School of Performing Arts fl-Università ta’ Malta. Il-Professur Lehmann ippubblika għadd ta’ xogħlijiet fuq it-Teatru kontemporanja bħal Theater und Mythos (1991), Das Politische Schreiben, Essays zu Theatertexten (2002), Heiner Müller Handbuch (2004) u Populärkultur im Gegenwartstheater (2012).
José Herrera qal li l-artisti għandhom bżonn t’aktar spazji biex jipprattikaw l-arti tagħhom. Min-naħa tiegħu il-Professur Lehmann qal li s-sit tat-Teatru l-Ġdid jista’ jiġi modifikat biex jintuża bħala multipurpose venue għall-performing artists.
F’pajjiżna l-Professur Lehmann indirizza 3 lectures fl-Università ta’ Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en