TOĦROĠ L-ESPRESSJONI TA’ INTERESS U KAPAĊITÀ GĦAL LONG TERM POWER PURCHASE AGREEMENT U GAS SUPPLY AGREEMENT
L-Enemalta ħarġet l-espressjoni ta’ Interess u Kapaċità għal Long Term Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement.
Dan tħabbar dalgħodu mill-Ministru tal-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma Dr. Konrad Mizzi waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Powerstation ta’ Delimara. Dan il-proċess ġie mniedi mill-Enemalta bħala parti mill-politika tal-Ministeru.
L-EOIC se tkun qed tippermetti lill-kandidati prospettivi jirreġistraw l-interess u jissottomettu l-proposti tagħhom biex ikunu jistgħu jissupplixxu provvista tal-Enerġija skont dan il-ftehim għal tul ta’ żmien. Dan se jkun qed iwassal għal roħs fl-ispejjeż tal-elettriku u għal tnaqqis fl-emmissjonijiet skont ir-road map tal-Enerġija tal-Unjoni Ewropea.
Matul il-Konferenza tal-Aħbarijiet, il-Ministru Mizzi ħabbar li s-sottomissjonijiet jistgħu isiru sal-10 ta’ Mejju li ġej. Il-Ministru spjega li dan il-proċess se jkun qed isir skont ir-regoli kollha rilevanti. Huwa assigura li f’dan il-proċess se jkun hemm trasparenza sħiħa biex dawk interessati jipparteċipaw fi proċess kompetittiv u miftuħ.
L-Onorevoli Mizzi qal l-Enemalta se tkun qed timxi bi proċedura li tassigura proċess kompetittiv u li l-għoti tal-kuntratt isir b’mod oġġettiv, trasparenti u mhux diskriminatorju. Dan għandu jwassal għall-aħjar soluzzjoni għall-Korporazzjoni Enemalta u għal inqas spejjeż tal-elettriku għall-konsumaturi.
L-Ewwel fażi ta’ dan il-proċess kompetittiv se tkun miftuħa għal kull entità li hija interessata u li għandha l-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji. Dawk li jissodisfaw dawn il-kriterji imbagħad ikunu jistgħu jissottomettu tender fl-istadju li jmiss. Il-Ministru qal li l-proċess kollu jintemm f’Settembru meta jingħata l-kuntratt lill-bidder magħzul.
L-Enemalta se tkun ukoll qed tirriklama dan il-proċess fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Onorevoli Mizzi qal li dan huwa bidu tal-proċess li bih il-Gvern se jkun qed iraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma kif ingħata l-mandat biex jagħmel fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Qal li dan se jwassal għal kwalità ta’ ħajja aħjar, arja aktar nadifa u aktar effiċjenza.
Il-Ministru qal li l-Gvern huwa kommess ukoll biex tingħalaq il-parti l-antika ta’ Delimara, tingħalaq il-Powerstation tal-Marsa u li ssir il-qalba għall-gass mill-Heavy Fuel Oil fl-estensjoni ta’ Delimara. Kommess ukoll li tiżdied l-effiċjenza u li jkollna provvista tal-elettriku sostenibbli u sigura permezz tal-użu ta’ Energy Mix.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en