Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

pr0619
Date Icon 11/04/2013

Ħidma biex tinstab soluzzjoni għall-problema fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, li ntirtet mill-amministrazzjoni preċedenti

Id-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei huwa wieħed mill-pjagi li l-Ministeru għas-Saħħa preżenti wiret mingħand il-Gvern preċedenti, li ttraskura għal kollox l-immaniġġjar ta’ dan id-Dipartiment u naqas milli jwettaq prattiċi ta’ xogħol aktar tajbin milli kien hemm.

Il-Ministru Farruġia jfakkar lill-Onorevoli Joseph Cassar li fis-sena 2011 huwa stess kien ikkummissjona rapport minn J. Hopkins University dwar l-operat tal-Isptar Mater Dei u li kien sewa’ madwar 1.347 miljun dollaru Amerikan. Dan kien jelenka diversi problemi ta’ operat u kien ilu f’idejn l-ex Ministru Cassar ‘l fuq minn sena. L-ex-Ministru Cassar għazel li ma jibdiex il-proċess tal-implimentazzjoni u jattwa dak li gie suġġerit mill-esperti li kienu maħtura minnu stess.

Għall-kuntrarju, s-sitwazzjoni fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei marret għall-agħar, b’riżultat ta’ aktar stennija min-nies, b’użu ta’ stretchers fil-kuriduri biex jakkomodaw  lill-pazjenti u it-teħid tal-ispazju ta’ area 2 mill-emerġenza biex tintuża bħala sala tranżitorja. Wieħed irid iżomm f’moħħu wkoll in-nuqqas ta’ investiment mill-gvern preċedenti, f’rizorsi umani, li huma tant bżonnjuzi u meħtiega f’dan il-qasam.

Fl-ewwel ġimgħa minn meta nħatar Ministru, il-Ministru għas-Saħħa  Godfrey Farruġia mill-ewwel beda jaħdem fuq dawn l-isfidi u waqqaf Kumitat t’Azzjoni magħmul minn rapprezentant ta’ kull settur tal-Emerġenza, minn porter sa’ konsulent, sal-management tal-Isptar Mater Dei u li fih qiegħed jinvolvi wkoll l-Unions.

Dan il-Kumitat t’Azzjoni qed jistħarreġ numru ta’ soluzzjonijiet, inkluż il-garaxx tal-ambulanzi, bi pjani li jitwaqqfu b’mod gradwali, minn miżuri immedjati sa’ dawk aktar fit-tul.

Dan il-Kumitat t’Azzjoni kien milqugħ mill-ħaddiema kollha u qed jarawh bħala xaqq ta’ dawl biex bis-saħħa tiegħu tinħoloq aktar sigurta` fil-kura tal-pazjent u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiem.

Kien propju għalhekk li l-Ministru Godfrey Farrugia waqqaf uffiċċju fid-Dipartiment tal-Emerġenza, biex ikun viċin il-pazjenti u wkoll il-ħaddiema, u għalhekk ikun fil-qalba tal-Isptar Mater Dei.

Il-Ministru Godfrey Farruġia jenfasizza li bħala team ta’ health care professionals ninsabu kommessi li nagħtu aktar dinjita` lill-pazjenti u l-familji tagħhom u nżidu l-kontabilita’ tas-servizz mogħti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow