UNIT TA’ KOORDINAMENT BIEX TISSAĦĦAĦ IL-KONTABILITA FIL-QASAM INFRASTRUTTURALI
Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi ħabbar li bħalissa qed isiru d-diskussjonijiet dwar il-ħolqien ta’ ‘unit’ ta’ koordinament li l-għan tiegħu huwa li jiżgura li tissaħħaħ il-kontabilita fil-qasam infrastrutturali.
Permezz ta’ dan il-‘unit’, id-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura se jkunu qegħdin jassiguraw li jkun hemm sorveljanza kontinwa, kemm f’xogħol fit-toroq li jkunu jeħtieġu intervent immedjat, kif ukoll fi proġetti infrastrutturali.
Il-Ministru ħabbar dan meta kompla biż-żjarat regolari tiegħu mal-Kunsilli Lokali, fejn ilbieraħ żar il-Kunsilli Lokali tad-Disa’ Distrett.
Il-Ministru Joe Mizzi qal li l-Gvern se jaħdem biex tiddaħħal kodiċi ta’ prattika fejn jintużaw metodi biex jiġu rispettati ċ-ċittadini, fejn titnaqqas il-burokrazija, ma jkunx hemm tberbieq ta’ flus u jkun hemm mill-inqas inkonvenjenza għaċ-ċittadin.
Fejn ikun hemm bżonn intervent immedjat, speċjalment fejn ikun qed jinħoloq periklu, il-‘unit’ se tiżgura li tittieħed azzjoni mill-iżjed fis possibbli. F’każ ta’ proġetti kbar, il-Kunsilli Lokali se jiġu kkonsultati fejn ikun hemm proġetti li jolqtu direttament lilhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en