JINĦATRU B’MOD UFFIĊJALI S-SEGRETARJI PERMANENTI
L-erbatax-il Segretarju Permanenti tal-Gvern ġew maħtura b’mod uffiċċjali mill-Prim Ministru Joseph Muscat illejla. Ingħata wkoll il-ħatra uffiċċjali tiegħu s-Segretarju Permanenti Prinċipali Mario Cutajar.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dawn il-ħatriet juru li l-Gvern għandu fiduċja fl-abbilitajiet ta’ dawn il-persuni li se jaqdu dmirijiethom fil-Ministeri tal-Gvern. Qal li s-Segretarji Permanenti għandhom responsabbilita` qawwija fuq spallejhom għaliex il-Gvern għandu mandat ambizzjuż ħafna. Il-Prim Ministru qal li l-Gvern huwa ffukat u determinat li jwettaq il-proposti kollha tiegħu. Filwaqt li ħeġġiġhom biex ikunu dejjem konvinti mid-deċiżjonijiet li jieħdu, il-Prim Ministru qal li s-Segretarji Permanenti m’għandhomx jaċċettaw sitwazzjonijiet sempliċiment għaliex minn dejjem kien isir hekk.
Is-Segretarju Permanenti Prinċipali Mario Cutajar qal li dawn il-persuni għandhom juru lealta` mhux biss lejn il-Gvern u l-Prim Ministru iżda wkoll lejn il-poplu Malti u Għawdxi kollu. Mhux biss lealta` lejn il-Ministeru tagħhom izda anke lealta` lejn il-team kollu ta’ Segretarji Permanenti tal-Gvern.
Is-Segretarji Permanenti se jibdew jiltaqgħu kull nhar ta’ Erbgħa sabiex jesegwixxu d-deċiżjonijiet meħudha mill-Kabinett li, f’din il-leġislatura, qed jiltaqa’ kull nhar ta’ Tlieta.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en