STQARRIJA KONĠUNTA BEJN IL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ĠUSTIZZJA
Negozjati mal-Vatikan dwar is-supremazija tat-Tribunal Ekkleżjastiku fuq il-Qorti Ċivili
Il-Gvern Malti bagħat nota verbali lin-Nunzjatura tas-Santa Sede sabiex jibdew taħditiet bejn l-Istat ta' Malta u l-Istat tal-Vatikan bil-għan li jiġi rivedut il-ftehim tal-1992 dwar is-supremazija tat-Tribunal Ekkleżjastiku fuq il-Qorti Ċivili ta' Malta.
Dan il-pass kien diskuss fit-22 ta' Marzu li għadda waqt laqgħa li l-Prim Ministru Joseph Muscat kellu mal-Arċisqof Pawlu Cremona u l-Isqof Awżiljarju Charles Scicluna.
Il-Gvern Malti jemmen li l-Qrati Ċivili ta' Malta għandhom ikunu l-entità superjuri fiz-żwiġijiet biex ikun hemm separazzjoni bejn l-Istat u l-Knisja. Fl-istess waqt jeżisti impenn totali li, f'dan ir-rigward, jintlaħaq ftehim li jkun sodisfaċenti kemm għall-Gvern kif ukoll għall-Knisja.
Kien għalhekk li ġie deċiż li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jikteb formalment lis-Santa Sede biex jibdew in-negozjati meħtieġa.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en