Il-MINISTRU LEO BRINCAT JURI L-INTERESS TAL-GVERN MALTI BIEX IKUN HEMM KOPERAZZJONI MAL-GVERN OLANDIŻ FIL-QASAM TAL-IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART
pr0608
10/04/2013
Dalgħodu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat kellu laqgħa ta’ kortesija mal-Ambaxxatur Olandiż għal Malta Robbert J. Gabriëlse.
Matul din il-laqgħa ġiet diskussa koperazzjoni bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Olandiż f’oqsma ambjentali u oħrajn relatati.
Il-Ministru Leo Brincat wera l-interess tal-Gvern Malti biex ikun hemm koperazzjoni mal-Gvern Olandiż fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart.
Koperazzjoni ukoll fejn jidħol żvilupp sostenibbli u titjib tal-kwalità tal-arja fost oqsma oħra, kif ukoll dwar l-użu ta’ spazji miftuħa minkejja d-differenzi ġeografiċi taż-żewg pajjiżi.
Il-laqgħa saret fil-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, f’Casa Leoni, Santa Venera.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en