IL-MINISTRU HELENA DALLI TAWGURA LIT-TIM NAZZJONALI MALTI TAL-FUTBOL TAN-NISA
Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Dr Helena Dalli, ferħet lit-Tim Nazzjonali Malti tal-futbol tan-nisa għall-kwalifikazzjoni tiegħu għall-fażi li jmiss tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa, organizzata mill-FIFA, li se ssir fl-2015.
It-Tim Nazzjonali Malti kiseb dan wara r-rebħa 2-0 fuq it-tim tal-Latvja l-bieraħ. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet it-tim Malti rebaħ lil-Lussemburgu 6-0. B’hekk it-tim Malti spiċċa fil-quċċata tal-grupp tiegħu.
Il-Ministru Dalli qalet li dawn ir-riżultati minn sportivi nisa, apparti l-valur intrinsiku tagħhom, għandhom il-valur strumentali fejn qed jgħinu biex juru li ankè f'din id-dixxiplina sportiva, in-nisa qed imorru tajjeb u jġibu riżultati tajbin għal pajjiżna.
Hija qalet li huwa ta’ sodisfazzjon għalina li naraw in-numru ta’ nisa u bniet Maltin li jidħlu f’dixxipina sportiva tradizzjonalment assoċjata mal-irġiel, bħal ma hu l-futbol, jiżdied b'suċċess.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en