Left arrow Mur Lura

IFFIRMAR TA’ FTEHIM BEJN MALTA U NORVEĠJA U FTEHIM IEĦOR MAL-PAJJIŻI TAŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA LI MINNU MALTA SER TIBBENEFIKA ERBA’ MILJUNI U NOFS

pr0602
Date Icon 10/04/2013

II-bieraħ ġie ffirmat ftehim bejn Malta u Norveġja u ftehim ieħor mal-pajjiżi taż-żona ekonomika Ewropea li minnu Malta ser tibbenefika erba’ miljuni u nofs. Is-Segretarju Parlamentari Responsabbli għall-Affarijiet Ewropej u għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea 2017 l-Onor. Ian Borg wara li indirizza konferenza li nidiet il-programmi li ser jużaw dawn il-fondi, żar ukoll is-sit ta’ Wasteserv Malta li tinsab fil-Magħtab. Dan minħabba li Wasteserv Malta hija waħda mill-entitajiet lokali li bbenefikaw mill-iffirmar ta’ dan il-ftehim

Is-Segretarju Parlamentari Responsabbli għall-Affarijiet Ewropej u għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea 2017, waqt din iż-żjara qal li minn dawn il-fondi ser jibbenefikaw iċ-ċittadini Maltin permezz ta’ proġetti fi Transport Malta, mal-kunsilli lokali, proġett ta’ faċilità korrettiva għall-minuri, kif ukoll proġett fil-Wasteserve.

Il-proġett tal-Wasteserv jinvolvi l-bini ta’ faċilità li ta’ kull sena tipproduċi għoxrin tunnellata ta’ biofuel permezz tal-kultivazzjoni tal-algae li ser issir fil-miżbla tal-Magħtab.

It-tieni proġett għandu l-għan li persuni minorenni jkollhom faċilità korrettiva speċjalizzata għalihom, lil hinn mill-faċilità korrettiva ta’ Kordin.

Filwaqt li l-proġett taħt Transport Malta jinvolvi pjan ta’ ħidma f’każ li jkun hemm tniġġiż tal-baħar miż-żejt.

Permezz ta’ dawn il-fondi, il-kunsilli lokali ser ikunu jistgħu jipprovdu wkoll liċ-ċittadin b’servizzi ta’ kwalità aħjar.

Preżenti waqt iż-żjara fil-Wasteserv u aktar qabel waqt laqgħa bilaterali mas-Segretarju Parlamentari Ian Borg fil-Berġa ta’ Aragona, kien hemm l-ambaxxatur tan-Norveġja għall-Malta Bjorn T. Grydeland.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow