Left arrow Mur Lura

L-ONOR. STEFAN BUONTEMPO SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAR-RIĊERKA, INNOVAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT JILTAQA’ MAL-MEMBRI TAL-KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORT

pr0601
Date Icon 10/04/2013

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Stefan Buontempo għamel żjara uffiċjali lill-Kunsill Malti għall-isport. Matul din iż-żjara huwa indirizza lill-ħaddiema li jaħdmu l-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.

Dr Buontempo ħeġġeġ lil kulħadd biex jaħdem flimkien fl-interess tal-isport Malti u fl-interess tas-soċjetà.

Is-Segretarju Parlamentari tenna li ser ikun qed jiltaqa’ ma’ kull min hu involut fl-isports. Buontempo qal li jrid jisma’ l-isportivi kollha, irid jisma’ l-għaqdiet kollha, l-entitajiet kollha li għandhom x’jaqsmu direttament jew indirettament mal-isport. Huwa ta l-assigurazzjoni tiegħu li kull idea, kull proposta ser tiġi evalwata għax il-Gvern iqis l-isport bħala parti essenzjali u integrali għall-futur tas-soċjetà tagħna.

Stefan Buontempo saħaq li jrid jagħti nifs ġdid, irid idaħħal nifs ġdid, ambjent ġdid, ambjent seren. Huwa qal li kulħadd irid jaħdem flimkien b’għan wieħed għall-ġid tal-isport. Huwa qal li f’dan il-qasam ma jridx li jisma’ aħna u huma u politika partiġġjana. Huwa jrid li kulħadd ikun protagonist fil-mixja tagħna biex ikollna kultura sportiva.

Is-Segretarju Parlamentari intant ħabbar li se jkollu uffiċċju fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera ħalli jkun aktar aċċessibbli u qrib il-ħaddiema, qrib l-atleti u qrib l-amministraturi tal-isport.

Huwa saħaq li l-affarijiet jeħtieġ li jimxu fuq binarji professjonali u b’pass mgħaġġel għal ġid ta’ kulħadd. Kulħadd irid jimxi fuq l-istess binarji b’għan wieħed.

Dr Buontempo qal li għalih l-isports dejjem jitqies bħala wieħed mill-valuri importanti tal-ħajja. Mhuwiex biss ta’ benefiċċju għas-saħħa iżda anke meħtieġ biex jgħin fil-formazzjoni tal-karattru. Għalhekk dawk li għandhom l-isports għal qalbhom jistgħu jaħdmu id f’id mal-Gvern.

Stefan Buontempo temm l-indirizz tiegħu billi qal li jemmen f’familja waħda sportiva, magħmula minn ideali differenti iżda bi skop onest – l-iżvilupp u t-tisħiħ tal-isports Malti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow