STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI - Spjegazzjoni dwar il-ħlas tat-taxxa tas-sisa mill-Enemalta
Is-sena li għaddiet l-Enemalta m’għaddietx lill-Gvern 66 miljun ewro f’taxxa tas-sisa fuq il-fuel.
Dan l-ammont huwa dovut mill-Enemalta u qegħdin nuruh bħala li huwa dovut fil-kotba tal-Gvern.
L-Enemalta wkoll qiegħda turih bħala li huwa dovut lill-Gvern fil-kotba tagħha.
Bħalma jiġri f'kull Baġit, il-bieraħ ippreżentajna żewġ ċifri tal-iżbilanċ tal-Gvern għall-2012.
L-ewwel ċifra turi l-Fond Konsolidat b’defiċit ta’ 342 miljun ewro. Dan jaħdem fuq il-bażi ta’ cash accounting u huwa d-differenza bejn id-dħul u l-ħruġ tal-Gvern.
Dan l-iżbilanċ fil-Fond Konsolidat kien jonqos b'66 miljun ewro kieku t-taxxa tas-sisa għaddiet mill-Enemalta lill-Gvern fl-2012.
It-tieni ċifra tal-iżbilanċ li tajna hija dik maħduma fuq il-bażi tal-accrual accounting u li hija ta’ 225.9 miljun ewro jew inkella ta’ 3.3% ta’ dak li jipproduċi l-pajjiż.
Din iċ-ċifra tinkludi s-somma ta' 66 miljun ewro kif tirrikjedi din is-sistema ta' accounting.
Jiġifieri d-defiċit ta’ 3.3% bbażat fuq is-sistema ta' accruals skont kif tirrikjedi l-Unjoni Ewropea mhux ġej għaliex l-Enemalta ma ħallsitx it-taxxa tas-sisa.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en