JINĦATAR IL-BORD TA’ INVESTIGAZZJONI DWAR ALLEGAT ABBUŻ FIL-FAĊILITÀ KORRETTIVA TA’ KORDIN
Id-Direttur tal-Qrati Ċivili u Tribunali Frank Mercieca nħatar bħala Chairperson tal-bord ta’ investigazzjoni li se jipprepara rapport dwar allegat abbuż li seħħ fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin il-Ħadd li għadda meta erba’ uffiċjali ma kinux fuq il-post tax-xogħol kif kien l-obbligu tagħhom. Iż-żewġ membri l-oħra se jkunu d-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili Patrick Murgo u d-Direttur tal-Probation u Parole Natalino Attard.
Il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia talab li l-bord ta’ investigazzjoni jistabilixxi min kienu l-uffiċjali nieqsa, x’ħin telqu minn fuq il-post tax-xogħol, jekk kienx hemm drabi oħra li sar abbuż simili u minn min. Fil-każ li tali abbuż jiġi ppruvat, il-bord ta’ investigazzjoni jrid jistabilixxi kemm kien ilu sejjer dan l-abbuż u kienx hemm kollużjoni ma’ membri oħra li jaħdmu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Il-Ministru Mallia talab lill-membri tal-bord ta’ investigazzjoni biex jikkonsultaw mal-Istaff tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin inkarigat mill-amministrazzjoni u jirreferi għall-filmati tas-CCTV u anke għal-log books miżmuma mill-uffiċjali għassa mal-main gate jew gates oħra minn fejn hemm aċċess għad-dħul u ħruġ ta’ impjegati u gwardjani. Il-membri tal-bord ta’ investigazzjoni se jkollhom aċċess għall-attendenzi u kull sistema ta’ verifika tal-attendenzi li hemm fil-post.
Il-Ministru Mallia talab li r-rapport jitlesta sal-Erbgħa 24 ta’ April.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en