IL-MINISTRU TAT-TURIŻMU JILTAQA’ MAL-MALTA ASSOCIATION HOSPITALITY EXECUTIVES
F’laqgħa mal-Malta Association Hospitality Executives (MAHE), il-Ministru tat-Turiżmu, l-Onor. Karmenu Vella, saħaq fuq l-importanza li pajjiżna jkompli jagħmel l-isforzi kollha li hemm bżonn biex ikunu attirati aktar turisti, speċjalment fix-xhur tax-xitwa.
Dan iwassal biex l-industrija turistika tkun aktar sostenibbli u tkun tista’ tiggarantixxi aktar sigurtà lill-impjegati tul is-sena kollha.
Il-Ministru tat-Turizmu semma’ kif huwa ferm importanti li l-prodott turistiku Malti jkompli jkun żviluppat fost l-oħrajn b’taħriġ kontinwu tal-ħaddiema u bit-tkomplija tar-rinnovament tal-bini u tal-propjetà f’pajjiżna.
Min-naħa tiegħu, il-President tal-MAHE Charles Martin qal li l-Assoċjazzjoni temmen li hemm diversi modi ta’ kif l-industrija turistika tista’ tirreġistra titjib.
Fost l-oħrajn enfasizza l-bżonn li l-awtoritajiet joffru servizzi oħra li jtejbu l-prattiċi tagħhom tax-xogħol, li jkunu offruti korsijijet għall-istudenti bi stil differenti, kif ukoll li l-qasam tal-ospitalità jibda jkun offrut f’livell ta’ Degree.
L-assoċjazzjoni temmen li l-prodott turistiku, il-livell ta’ servizz offrut u t-taħlita turistika huma tliet fatturi li hemm bżonn jingħataw aktar attenzjoni sabiex l-industrija ssir aktar sostenibbli u aktar produttiva.
Iż-żewġ naħat qablu li jkomplu jżommu laqgħat regolari.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en