L-ONEREVOLI RODERICK GALDES, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI, JIPPREŻENTA TROFEJ LIR-REBBIEĦA TAĊ-CHAMPIONSHIP DOG SHOW IMTELLA’ MILL-MALTA CANINE SOCIETY
Nhar il-Ħadd 7ta’April, 2013, is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, is-Sur Roderick Galdes kien ġewwa l-Cottonera Sports Complex, il-Birgu wara li ġie mistieden mill-Malta Canine Society biex jippreżenta t-trofej lir-rebbieħa taċ-Championship Dog Show.
Fid-diskors tiegħu għall-okkażżjoni, filwaqt li feraħ lir-rebbieħa u lil Malta Canine Society tal-livell għoli li ntlaħaq fil-kompetizzjoni, huwa saħaq dwar il-ħtieġa li d-Dipartiment tal-Animal Welfare ikun attrezzat biex kull annimal abbandunat jinstablu post adekwat fejn ikun jista’ jiġi indukrat u mogħti l-kura meħtieġa.
Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes tkellem ukoll dwar l-abbozz ta’ Liġi li qiegħed jiġi fformulat sabiex jinħatar Kummissarju għad-Drittijiet tal-Annimali. Huwa wiegħed is-sapport kollu possibli lill-għaqdiet u l-NGO’s li jaħdmu b’risq il-ħarsien tal-annimali.
Lejn l-aħħar taż-żjara, is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes, ġie mistieden mill-Kumitat tal-Malta Canine Society sabiex iqassam it-trofej lir-rebbieħa ta’ kull kategorija tal-kompetizzjoni Championship Dog Show.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en