“LESTI LI NPOĠĠU L-ISSUES TAS-SAĦĦA AMBJENTALI TAL-ĦADDIEMA U L-ĦOLQIEN TAL-GREEN JOBS BĦALA PRIJORITA’ FIT-TAĦDIDIET MAT-TRADE UNIONS” – IL-MINISTRU LEO BRINCAT
F’laqgħa dalgħodu fuq talba tal-UĦM il-Ministru Leo Brincat qal li nhar il-Gimgħa li għaddiet ħassu xxukkjat jisma’ minn fomm il-ħaddiema tal-WasteServ l-istat tal-biki li ħafna minnhom qed jaħdmu fih, mingħajr protezzjoni minn annimali mejta, firien u prodotti sanitarji wzati.
Il-Ministru LeoBrincat talab lill-uffiċċjali tal-UĦM jaġġornawh jekk kienux konxji dwar dan kollu u jekk iva kemm saru rappreżentazzjonijiet minn naħa tagħhom mal-management tal-kumpanija. Qal li huwa se jidħol fil-fond tal-aspetti kollha relatati mal-operat tal-WasteServ u sostna li fejn tidħol s-saħħa tal-ħaddiema, huma min huma, ma huwa se jkun permess ebda tkaxkir tas-saqajn.
Il-Ministru Brincat informa lill-UĦM li huwa diġa’ ta struzzjonijiet biex b’seħħ immedjat id-diriġenti tal-WasteServ, inkluż l-uffiċjal għoli responsabbli mis-saħħa u s-sigurta’ fil-kumpanija, jindirizzaw l-akkużi gravi u serji li saru mill-ħaddiema quddiem kulħadd, inkluż il-media. Qal ukoll li huwa talab minn għandhom time frame specifika sa meta dawn in-nuqqasijiet gravi, li mhumiex denji tas-seklu wieħed u għoxrin li qegħdin ngħixu fih, se jiġu rranġati.
Il-Ministru Leo Brincat qal li l-ftehim kollettiv li l-UĦM kienet bdiet tinnegozja mal-Gvern preċendenti, dan għandu jibqa’ jiġi trattat mal-istrutturi ċentrali, bħal dawk li kienu jeżistu qabel, u mhux ma’ Ministeri b’mod individwali.
Brincat fakkar li skont il-management stess, minkejja li illum hemm ‘il fuq minn 400 ħaddiem jaħdem fil-WasteServ, aktar minn 300 huma ħaddiema tal-kuntrattur. Qal li l-kuntratt oriġinali u dak emendat se jiġu miflija mill-awtoritajiet kompetenti, kemm dawk governattivi kif ukoll dawk legali, ħalli jiġi definit ċar fejn jibdew u jispiċċaw l-obbligi tal-partijiet kollha involuti.
Minn naħa tagħha l-UĦM qalet li hi għandha għal qalbha l-interess tal-ħaddiema u l-interess nazzjonali u qalet li dak li jsir mal-ħaddiema jrid ukoll jissarraf b’mod tajjeb fuq livell nazzjonali. Josef Vella Segretarju Ġenerali tal-UĦM qal li l-union taqbel perfettament mal-Gvern li jkun hemm project management għas-settur tal-impjiegi u għalhekk bħala union imbuttat il-proposta tal-Jobs Plus.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en