Left arrow Go Back

“LESTI LI NPOĠĠU L-ISSUES TAS-SAĦĦA AMBJENTALI TAL-ĦADDIEMA U L-ĦOLQIEN TAL-GREEN JOBS BĦALA PRIJORITA’ FIT-TAĦDIDIET MAT-TRADE UNIONS” – IL-MINISTRU LEO BRINCAT

pr0585
Date Icon 08/04/2013

F’laqgħa dalgħodu fuq talba tal-UĦM il-Ministru Leo Brincat qal li nhar il-Gimgħa li għaddiet ħassu xxukkjat jisma’ minn fomm il-ħaddiema tal-WasteServ l-istat tal-biki li ħafna minnhom qed jaħdmu fih, mingħajr protezzjoni minn annimali mejta, firien u prodotti sanitarji wzati.

Il-Ministru LeoBrincat talab lill-uffiċċjali tal-UĦM jaġġornawh jekk kienux konxji dwar dan kollu u jekk iva kemm saru rappreżentazzjonijiet minn naħa tagħhom mal-management tal-kumpanija. Qal li huwa se jidħol fil-fond tal-aspetti kollha relatati mal-operat tal-WasteServ u sostna li fejn tidħol s-saħħa tal-ħaddiema, huma min huma, ma huwa se jkun permess ebda tkaxkir tas-saqajn.

Il-Ministru Brincat informa lill-UĦM li huwa diġa’ ta struzzjonijiet biex b’seħħ immedjat id-diriġenti tal-WasteServ, inkluż l-uffiċjal għoli responsabbli mis-saħħa u s-sigurta’ fil-kumpanija, jindirizzaw l-akkużi gravi u serji li saru mill-ħaddiema quddiem kulħadd, inkluż il-media.  Qal ukoll li huwa talab minn għandhom time frame specifika sa meta dawn in-nuqqasijiet gravi, li mhumiex denji tas-seklu wieħed u għoxrin li qegħdin ngħixu fih, se jiġu rranġati.

Il-Ministru Leo Brincat qal li l-ftehim kollettiv li l-UĦM kienet bdiet tinnegozja mal-Gvern preċendenti, dan għandu jibqa’ jiġi trattat mal-istrutturi ċentrali, bħal dawk li kienu jeżistu qabel, u mhux ma’ Ministeri b’mod individwali.

Brincat fakkar li skont il-management stess, minkejja li illum hemm ‘il fuq minn 400 ħaddiem jaħdem fil-WasteServ, aktar minn 300 huma ħaddiema tal-kuntrattur. Qal li l-kuntratt oriġinali u dak emendat se jiġu miflija mill-awtoritajiet kompetenti, kemm dawk governattivi kif ukoll dawk legali, ħalli jiġi definit ċar fejn jibdew u jispiċċaw l-obbligi tal-partijiet kollha involuti.

Minn naħa tagħha l-UĦM qalet li hi għandha għal qalbha l-interess tal-ħaddiema u l-interess nazzjonali u qalet li dak li jsir mal-ħaddiema jrid ukoll jissarraf b’mod tajjeb fuq livell nazzjonali. Josef Vella Segretarju Ġenerali tal-UĦM qal li l-union taqbel perfettament mal-Gvern li jkun hemm project management għas-settur tal-impjiegi u għalhekk bħala union imbuttat il-proposta tal-Jobs Plus.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow