Left arrow Go Back

GĦANAFEST - 2013

pr0582
Date Icon 07/04/2013

F’Ambjent tipiku u differenti mis-soltu, fir-raħal taz-Żejtun dalgħodu ġie varat l-festival tradizzjonali tal-għana, magħruf aktar bħala l-Għanafest. L-Għanafest jiċċelebra l-għana u l-mużika tradizzjonali Maltija f’kuntest Mediterranju.  Il-festival ta’ din is-sena għandu t-tema ta’ “Gżejjer”.

Fi żjarja li għamel fir-raħal taż-Żejtun, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kultura Dr. Jose Herrera iltaqa’ mal-iżgħar għannej li għandna f’pajjiżna: in-Nordaj, li għandu 6 snin.

Huwa faħħar il-kultura Maltija u qal li l-Ministeru tiegħu ser jagħmel minn kollox biex ikompli jixpruna. Dan ser issir permezz t’għadd ta’ inizjattivi li ser ikunu qed jitħabbru fiż-żmien li ġej biex il-kultura Maltija tikber u titkattar. Huwa qal li dan kollu jagħmel parti mill-missjoni li għandu pajjiżna biex jagħmel minn Valletta 2018 l-aqwa rigal li qatt ingħata lill-pajjiżna. 

Fiż-Żejtun, is-Segretarju Parlamentari ddawwar ma bosta postijiet fejn ta’ kull nhar ta’ Ħadd filgħodu jinġemgħu l-għannejja. Huwa ttieħed iżur diversi ġonna u postijiet pubbliċi fiż-Żejtun fejn hemmhekk hemm ukoll tifkiriet ta’ bosta għannejja Maltin. 

Din is-sena l-Għanafest ser jittella’ mis-7 sad-9 ta’ Ġunju fil-ġonna tal-Argotti l-Furjana. Fl-edizzjoni ta’ din is-sena ser jieħdu sehem għadd ta’ gruppi minn barra l-pajjiż fosthom minn Sardenja, Korsika u Kreta. 

Preżenti għall-attività ta’ dalgħodu kien hemm ukoll is-Sindku taz-Żejtun is-Sur Joe Attard.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow