Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JAGĦTI T-TLUQ TAD-DSATAX-IL EDIZZJONI TAT-TOUR TA’ MALTA

pr0581
Date Icon 06/04/2013

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Stefan Buontempo kien mistieden mill-Malta Cycling Federation biex jagħti t-tluq għat-tieni parti tat-Tour ta’ Malta li sar il-Wardija. Din il-kompetizzjoni qed tkun dejjem aktar popolari u ċ-ċikliżmu f’Malta qiegħed dejjem jikber.

Din il-kompetizzjoni ta’ din is-sena hija l-akbar waħda minn meta bdiet tiġi organizzata dsatax-il sena ilu. Din is-sena ipparteċipaw 18-il tim differenti b’madwar 131 ċiklist. 

Il-kompetizzjoni kienet tikkonsisti f’tellieqa ta’ madwar 100km fl-inħawi tal-Wardija.  

F’kelmtejn qabel bdiet din it-tiġrija Stefan Buontempo feraħ lill-parteċipanti li qed jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni li anke tinkludi persuni barranin.

Dr Buontempo saħaq li kompetizzjonijiet bħal dawn huma importanti għal pajjiżna speċjalment fil-qasam tat-turiżmu sportiv imma wkoll għax iqajmu kuxjenza mal-poplu dwar l-importanza tal-attività fiżika.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow