Left arrow Mur Lura

ŻJARA LIT-TIM NAZZJONALI TAR-RUGBY

pr0556
Date Icon 04/04/2013

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport żar lit-tim Malti tar-Rugby waqt is-sessjoni tat-taħriġ tagħhom  għal qabel il-logħba ta’ nhar is-Sibt 6 t’April kontra l-Isvizzera.

Stefan Buontempo awgura lill-membri tat-tim u lill-kowċ għal-logħba li għandhom filwaqt li nnota li dan l-isport qed jikseb popolarità dejjem akbar mal-Maltin.

Is-Segretarju Parlamentari tenna li l-Gvern ser jagħmel ħiltu kollha biex l-isport f’pajjiżna ikun minn ta’ quddiem fuq l-aġenda nazzjonali kif ukoll li l-Gvern ser ikun qed jikkonċentra fuq sports minuri kif ġie mwiegħed fil-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista.

Filwaqt li feraħ lid-diriġenti tal-Malta Rugby Union u lit-tim, huwa appella biex nhar is-Sibt li ġej il-Maltin jattendu bi ħġarhom l-Istadium tal-Hibs f’Kordin biex jagħtu s-support tagħhom lit-tim Malti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow